Fi ftit jiem oħra jerġgħu jiftħu l-bibien l-iskejjel tagħna wara l-btajjel tas-sajf u eluf ta’ tfal jirritornaw, u oħrajn jibdew għall-ewwel darba, fil-klassijiet. Dan ifisser li bħalissa l-ġenituri jkunu għaddejjin bil-preparamenti tagħhom għal dan l-avveniment, li fost affarijiet oħrajn, ikun ifisser uniformijiet ġodda, żraben u basktijiet. Malli jerġgħu lura lejn id-dar mill-iskola t-tfal jieħdu magħhom lista ta’ affarijiet li jkunu intalbu jieħdu mill-għalliema apparti dawk li jingħataw b’xejn fl-iskejjel tal-Istat. Fi ftit kiem: il-familji Maltin u Għawdxin iħejju għal spiża, li ħafna drabi ma tkunx żgħira, imma li jidħlu għaliha bil-qalb għax fl-interess ta’ wliedhom. Imma jibqa’ l-fatt li jkollhom spiża.
U allura kienet tagħmel sens enormi d-deċiżjoni li kienet ħadet il-President Emeritus Marie Louise Coleiro Preca fl-2013, fil-bidu tal-ewwel leġiżlatura ta’ Gvern Laburista mmexxi minn Joseph Muscat, u hi fil-kariga ta’ Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali. Il-pagamenti taċ-Children’s Allowance flimkien ma’ dawk tal-Għajnuna Supplimentari għal dan iż-żmien tas-sena kienu jsiru f’Ottubru. Marie Louise kienet iddeċidiet li dawn il-pagamenti jibdew jingħataw qabel iż-żmien biex jgħinu lill-ġenituri fl-ispejjeż relatati mal-preparamenti għas-sena skolastika ġdida.
Din il-miżura kompliet tkun segwita mis-suċċessuri ta’ Marie Louise u l-ġimgħa li għaddiet il-kollega Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon ħabbar li l-pagamenti konċernati kienu se jinħarġu s-Sibt, 14 ta’ Settembru, kif filfatt sar. Is-Sibt li għadda ftit inqas minn 39,000 familja rċevew il-pagamenti qabel iż-żmien għal aktar minn 58,000 tifel u tifla, pagamenti li jammontaw għal ftit inqas minn €9 miljuni. Barra minn hekk nhar is-Sibt li għadda wkoll madwar 23,000 benefiċjarju ta’ għajnuna supplimentari rċevew qabel iż-żmien aktar minn €2 miljuni.
Dan kollu juri l-impenn tagħna bħala Gvern li nkomplu ngħinu lill-familji fil-piżijiet tagħhom. U la qiegħed nitratta din l-għajnuna diretta lill-familji b’konnessjoni mal-bidu ta’ sena skolastika oħra, huwa opportun li nfakkar f’miżura oħra ta’ solliev kbir għall-familji Maltin u Għawdxin fejn jirrigwarda l-edukazzjoni ta’ wliedhom, dik ta’ trasport b’xejn għall-istudenti f’kull livell edukattiv, minn dak primarju sa dak terzjarju. Kull familja li tibbenefika minn din id-deċiżjoni taf aktar minn biżżejjed kemm kien jiswielha t-trasport ta’ wliedha lejn u mill-iskejjel.
Nieħu din l-opportunità biex nawgura lit-tfal u liż-żgħażagħ tagħna f’kull livell edukattiv li jinsabu fih sena skolastika mill-aqwa li tkompli tqarribhom lejn il-bidu ta’ karrieri li jixtieqhom jkollhom aktar ‘il quddiem f’ħajjithom.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.