Tobba, kirurgi dentali u infermieri ġodda

  • Set 04, 2019 09:15
  • Miktub minn Chris Fearne

    Fil-jiem li għaddew kien ta’ sodisfazzjon kbir għalija nilqa’ fil-binja tal-Ministeru għas-Saħħa lil aktar minn 100 tabib u tabiba u numru ta’ kirurgi dentali kif ukoll lil madwar 150 infermier u infermiera ġodda li se jkunu qegħdin jingħaqdu ma’ professjonisti bħalhom fis-servizz mediku lill-poplu Malti u Għawdxi. Servizz mediku vast li għandu bżonn lil dawn il-professjonisti ġodda. Grupp ieħor ta’ professjonisti li konvint li se jagħmlu l-almu kollu tagħhom biex ikattru s-servizz mediku offrut u provdut lill-poplu. Servizz mediku li minnu nnifsu jkompli joffri opportunitajiet kbar lil dawn iż-żgħażagħ biex ikomplu javvanzaw fil-professjoni li għażlu. Nassigurahom li se jibqgħu jsibu l-għajnuna tagħna kollha possibbli biex ikomplu javvanzaw fil-karrieri rispettivi tagħhom.

    Bħal kull qasam ieħor il-qasam tas-saħħa joffri sfidi kontinwi. L-iżviluppi teknoloġiċi fih jitolbu aġġornar kontinwu f’kull fergħa tal-professjonijiet li jiffurmaw is-sinsla tas-servizz mediku. Żviluppi li rridu nkunu preparati għalihom biex ma ninqabdux lura. Żviluppi li ma jistennew lil ħadd. Żviluppi li minnhom infushom joffru opportunitajiet kbar liż-żgħażagħ tagħna li fil-qasam tas-saħħa jaraw il-futur tagħhom.

    Konvint li kulħadd huwa konxju li s-servizz mediku provdut mill-Gvern mhux biss dak li jingħata mill-isptarijiet tagħna. Huwa minnu li fl-isptarijiet tagħna, partikolarment fl-Isptar Mater Dei, hemm il-qofol ta’ dan is-servizz. Imma ta’ importanza u ta’ ħtieġa kbira huma s-servizzi li jingħataw miċ-Ċentri tas-Saħħa, mill-bereġ fl-ibliet u fl-irħula tagħna f’dak li jirrigwarda kura fil-komunità. Għalhekk l-enfasi kontinwa tagħna dwar l-importanza tal-kura primarja.

    L-investiment finanzjarju qawwi mhux ftit li qegħdin nagħmlu fi-qasam mediku ma jkunx komplut u ma jkunx jista’ jitħaddem mingħajr ir-riżors uman. Huwa għalhekk li fil-bidu għidt kemm kien ta’ sodisfazzjon għalija nilqa’ lil dawn il-professjonisti ġodda fil-qasam tas-saħħa. Għax naf il-bżonn għalihom. Naf x’determinazzjoni għandna bħala Gvern biex inkomplu ngħollu l-livell ta’ kura mogħtija. Naf ukoll li mingħajr ir-riżors uman, f’kull livell tiegħu, ma nistgħux naslu biex nilħqu l-miri tagħna. Għalhekk l-appelli kontinwi tagħna biex aktar żgħażagħ jersqu lejn il-professjoni medika fid-diversi friegħi tagħha.

    Ma niddejjaq qatt li f’okkażjonijiet bħal dawn nenfasizza mal-professjonisti l-ġodda l-punt li fihom iċ-ċittadin ikun qed jara tama kbira f’mumenti xejn sbieħ meta milqut mill-mard. Tama u fiduċja li għandha tkun reċiprokata bl-aħjar servizz possibbli li nistgħu noffru. Konvint li dan qiegħed isir u se jkompli jsir, għax kieku mhux hekk din id-daqsxejn ta’ gżira ma kinetx tiġi klassifikata fost l-aqwa għaxar pajjiżi mad-dinja kollha għas-servizz mediku li toffri b’xejn liċ-ċittadini tagħha.

    B’dan f’moħħi, intenni l-appell li nagħmel f’kull okkażjoni bħal dawk li kelli fil-jiem li għaddew mat-tobba, kirurgi dentali u infermieri ġodda: Kunu kburin li qegħdin tifformaw parti minn dan it-team kbir u araw li fi tmiem il-jum, kull jum, tħossukom sodisfatti li kontu ta’ solliev, ta’ għajnuna, u ta’ tama għall-pazjenti tagħna.

    F’isem il-poplu Malti u Għawdxi ħajr għal ħidmietkom.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook