BAĠIT

  • Aww 29, 2019 07:56
  • Miktub minn Alfred Sant

    BAĠIT

    Fil-ġimgħat li ġejjin, se jkunu qed jiġu finalizzati l-għażliet għall-baġit tas-sena 2020. Li għalija għadu mhux ċar hu kif qed jiġu evalwati l-perspettivi tat-tul għall-ekonomija Maltija. Vera li ma tridx tipprova tħares ’il bogħod wisq speċjalment fil-każ ta’ ekonomija ċkejkna u “miftuħa” bħal tagħna.

    Imma d-deċiżjonijiet finanzjarji tal-lum jaffettwaw bil-kbir dak li se jiġri sa tlieta jew ħames snin oħra, f’oqsma importanti bħall-edukazzjoni, is-saħħa u s-servizzi publiċi, fost oħrajn.  L-għaġla li biha tħarrket l-ekonomija Maltija fl-aħħar snin daħħalna f’sitwazzjoni fejn mhux faċli tipprevedi x’jistgħu jkunu l-iżviluppi f’oqsma vitali... speċjalment soċjali... imma mhux biss... tat-tmexxija, għax dak li ġara u għadu jiġri hu bla preċedent. 

    Għalhekk hi ħaġa kruċjali li parti suffiċjenti tal-ispiża kapitali u rikorrenti tkun imfassla b’mod li ssostni u tkabbar il-potenzjal tal-ekonomija u tal-poplu kemm hu, biex jaffaċċjaw l-bidliet li se jibqgħu jseħħu.

    INTERVISTA 

    L-intervista li d-direttur tal-Laboratorju tal-Paċi f’Ħal-Far, ir-reverendu Dijunisju Mintoff ta lit-“Torċa” l-Ħadd li għadda hi waħda mill-aħjar u l-isbaħ “artikli” li qatt qrajt fil-midja Maltin kemm ili nsegwihom.

    Fiha r-reverendu Mintoff jitkellem b’ħerqa sinċiera imma wkoll b’esperjenza prattika qawwija, dwar il-qagħda tal-immigranti “irregolari” f’pajjiżna.  Mhux biss juri umanità u għerf fil-proposti tiegħu, imma wkoll sens realistiku ta’ kif dak li qed jiġri bħalissa, għad jaffettwa l-futur tal-pajjiż. Jispjega kif l-esplojtazzjoni selvaġġa li qed issir illum tal-immigranti għad tista’ tispiċċa bomba tal-ħin f’ġuf is-soċjetà Maltija.

    Mintoff qed jagħti wkoll xhieda diretta u personali ta’ kif qed jipprattika dak li jemmen fih b’li qed iwettaq fil-Laboratorju tal-Paċi. L-intervista jixirqilha titwassal f’kull rokna tal-gżejjer tagħna.

    MESSAĠĠI

    “The Go-Between” kien wieħed mill-films eċċellenti li Joseph Losey bħala direttur u Harold Pinter bħala drammaturgu kienu tellgħu snin twal ilu. Dejjem ridt naqra r-rumanz li fuqu bbażaw il-film: ta’ LP Hartley, bi ġrajja li sseħħ fost familja tat-tajjeb u l-mistiedna tagħha għall-vaganzi tas-sajf fil-propjetà sinjorili tal-kampanja. 

    Ir-rumanz inkiteb b’attenzjoni għad-dettall soċjali li fiż-żmien li fih ambjentat ir-rumanz – tmiem is-seklu 19 – jiddefinixxi l-persuni u r-relazzjonijiet bejniethom. Leo, tifel ta’ tlettax-il sena, mistieden biex jagħmel kumpanija lil sieħbu tal-iskola, jitqabbad minn Marian, bint il-prinċipal tal-post fejn jinġabru, biex iwassal messaġġi moħbija lil bidwi fil-viċin li miegħu għandha relazzjoni sigrieta. 

    Il-mumenti li jwasslu għall-aħħar kriżi f’dan l-intriċċ jintwerew b’ħila kbira minn Hartley.

    Li ma stajtx inniżżel, jien u naqra r-rumanz (bil-kuxjenza tal-lum) hu kif Leo, ta’ tlettax-il sena, jintwera b’mentalità fuq “ċerti” affarijiet ta’ min hu ħafna iżgħar fl-età.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook