Il-bżonn ta’ aktar infermieri

  • Aww 14, 2019 10:01
  • Miktub minn Chris Fearne

    L-istudenti Maltin u Għawdxin, f’kull livell edukattiv, bħalissa jinsabu jgawdu l-btajjel tas-sajf, kif wara kollox huwa xieraq. Madankollu fi ftit ġimgħat oħra jibdew sew il-preparamenti għal sena skolastika oħra. Sena skolastika li tkun qed tara tfal imiddu riġlejhom għall-ewwel darba fil-livell primarju, oħrajn jidħlu fil-livell sekondarju, oħrajn għal-livell post-sekondarju u finalment dawk li jidħlu għall-ewwel darba wkoll fil-livell terzjarju. Ovvjament is-sena skolastika li jmiss għal ħafna studenti oħrajn tkun tfisser ukoll tkomplija tal-istadju edukattiv li jkunu diġà jinsabu fih.

    X’aktarx li f’nofs l-istadju tal-livell sekondarju l-istudenti jibdew bl-inklinazzjoni tagħhom lejn oqsma differenti tal-ħajja. Jibdew ifasslu l-karrieri li jkunu jixtiequ jaqbdu aktar ‘il quddiem f’ħajjithom. Huwa stadju importantissimu f’ħajjet kull wieħed u waħda minnhom. Mingħajr ebda sens ta’ politika partiġġjana ma naħsibx li nkun qed ngħid xiħaġa li mhix minnha meta ngħid li llum iż-żgħażagħ tagħna għandhom quddiemhom opportunitajiet varji. Għandhom għadd sabiħ ta’ oqsma li fihom jistgħu jippjanaw karriera għal quddiem.

    Il-qasam tas-saħħa huwa wieħed li joffri diversi karrieri, diversi professjonijiet f’servizz mediku mill-aqwa li noffru bħala pajjiż. Servizz li tant qiegħed jiżviluppa b’mod kontinwu li tista’ tgħid kull fejn tmiss għandna bżonn in-nies. Qasam partikolari huwa dak tal-infermieri. Professjoni mill-aktar nobbli u mill-aktar essenzjali fis-servizz tas-saħħa li fiha jispikka l-element uman, fejn l-infermier qiegħed jew qegħda titratta ma’ persuni li jkunu għaddejjin minn żminijiet diffiċli kawżati mill-mard li jkun qed jaħkimhom. Fejn ikunu qegħdin jassistu lit-tobba, lill-konsulenti, fl-għoti tal-kura lill-pazjenti. Fejn f’ċerti stadji jkunu huma stess responsabbli minn din il-kura.

    L-opportunitajiet u l-faċilitajiet li qegħdin noffru liż-żgħażagħ tagħna f’dan il-qasam ma jwasslux sempliċiment sakemm għamilt il-kors universitarju,  u gradwajt u ngħatajt l-impjieg ta’ infermier. Illum qegħdin noffru kontinwazzjoni ta’ studju volontarju biex l-infermieri tagħna jkomplu javvanzaw u jispeċjalizzaw f’oqsma speċifiċi tal-kura medika.

    Huwa għalhekk li jkollna laqgħat spissi ma’ istituzzjonijiet edukattivi f’pajjiżna biex flimkien infasslu programmi ta’ informazzjoni bilgħan li l-istudenti tagħna jsiru aktar konxji kemm hi vasta l-professjoni ta’ infermier. Huwa għalhekk ukoll li ta’ kull sena flimkien mal-Union tal-Qwiebel u Infermieri (MUMN) nimbarkaw fuq kampanja biex nattiraw aktar żgħażagħ lejn din il-professjoni. Il-fatt li jkollna nirrikorru għal infermieri barranin, b’kull rispett u ringrazzjament lejhom, jirrifletti bl-aktar mod ċar il-ħtieġa li għandna ta’ aktar żgħażagħ li jidħlu għal din il-professjoni.

    Nieħu din l-opportunità wkoll biex f’dawn il-ġimgħat tal-vakanzi nappella lill-ġenituri biex huma wkoll jiksbu aktar informazzjoni dwar din il-professjoni speċifika fil-qasam mediku u b’hekk ikunu jistgħu jgħinu aktar lill-uliedhom jikkunsidraw bil-mod li jixirqilha l-professjoni ta’ infermiera/a fil-pjanijiet għall-futur tagħhom.

    Awguri għall-festa ta’ Santa Marija

    L-istaġun tal-festi f’pajjiżna jilħaq il-qofol tiegħu għada, Jum Santa Marija. Nieħu din l-okkażjoni biex nawgura festa mill-aqwa lir-residenti ta’ Ħal Għaxaq, il-Gudja, l-Imqabba, il-Qrendi, il-Mosta u Ħ’Attard f’Malta u lir-residenti tar-Rabat, Għawdex, li għada se jkunu qegħdin jiċċelebraw din il-festa popolari. Awguri wkoll lir-residenti ta’ Ħad-Dingli u l-Imġarr li jiċċelebraw din il-festa l-Ħadd li ġej u lir-residenti taż-Żebbuġ Għawdex li jiċċelebrawha fl-aħħar Ħadd t’Awwissu. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook