Mur ġib li ġraw Malta

  • Aww 12, 2019 08:07
  • Miktub minn Benny Borg Bonello

    Is-sentenza ta’ ħabs li kien ingħata raġel Awstraljan dwar qtil li kien involut riċentament ġiet imħassra. Tafu għaliex? Għaliex instab li l-avukat li kellu dan ir-raġel biex jiddefendih kienet spjun imħallsa tal-pulizija.

    F’deċiżjoni oħra, il-High Court of Australia iddeċidiet li l-Australian Public Service Code of Conduct li jgħid li l-impjegati taċ-Ċivil iridu jkunu ‘apolitical’ ma tiksirx il-dritt tal-libertà tal-kelma. Dan wara li impjegata fiċ-Ċivil Awstraljan ġiet imkeċċija wara li kkritikat il-politika tal-Gvern Awstraljan fuq l-immigrazzjoni.  Dan ifisser li l-impjegati taċ-Ċivil ma jistgħux jesprimu l-fehma politika tagħhom pubblikament

    Mur ġib li dawn l-affarijiet ġraw Malta. Ara li kieku kemm kienu jiġu ‘kummissjonijiet’ mill-Ewropa kollha biex jikkundannaw lil Malta li m’għandniex saltna tad-dritt.  Imma dan ġara fl-Awstralja u allura kull ma ġara kien li ser issir investigazzjoni biex jittieħdu l-passi meħtieġa. 

    Imma dawn l-affarijiet isiru għax hemm dal-Gvern u hemm nies li xogħolhom biss li jxewxu kontra Malta.  Ara meta l-Prim Imħallef ta’ Malta ġie kkundannat minħabba tbagħbis, hemm kollox kwiet baqa’  għax ħadd ma mar ixewwex.  L-ebda kummissjoni ma ġiet la mill-UE u lanqas mill-Kunsill tal-Ewropa.  Imma dakinhar kien hemm gvern ieħor u għalhekk kollox jgħaddi. 

    Kemm huma kredibbli?

    Jidher li l-grupp ta’ nies iffrustrati li dejjem jaraw kif jagħmlu ħsara lil Malta, daħlu lura mill-vaganzi għaliex l-attakki ser jerġgħu jibdew. 

    Għalkemm kemm hu korett il-messaġġ ma jiddependix minn min qed jagħmlu, f’ċerti każi, bħal korruzzjoni, il-persuna tirrifletti bil-qawwi fuq dak li qed tlissen.  Il-Malti jgħid li biex tiskonġra trid tkun pur.  Għalhekk tajjeb li meta xi ħadd jakkuża lil xi ħadd b’xi ħaġa ħażina, tajjeb li nħarsu wkoll lejn il-persuna li tkun qed takkuża.  Tajjeb li nippruvaw niftakru x’pożizzjonijiet kellhom dawn in-nies taħt amministrazzjoni differenti.  Tajjeb ukoll naraw kemm kienu qed jaqilgħu flus dak iż-żmien u jekk dawn kienux ġejjin minn kuntratti mal-gvern.

    Il-messaġġ biex jittwemmen jiddependi jekk hux opinjoni jew xi ħaġa oħra.  Jekk ikun opinjoni, il-messaġġ jiddependi fuq l-argument li jintuża biex juri li l-opinjoni għandha bażi soda.  Biss jekk niġu għall-akkuża, din trid tkun ibbażata mhux fuq argument, iżda fuq il-fatti.  Jekk ma jkunx hemm fatti maħruġa biex wieħed jipprova akkuża, din l-akkuża tista’ tkun ġejja minħabba ħafna affarijiet fosthom mibegħda jew għira.  Personalment nemmen li jekk wieħed jakkuża u ma jkollhiex fatti warajha, allura din mhux biss turi kemm hi vojta l-akkuża, iżda tirrifletti fuq il-persuna li qed tagħmilha.  Dan għaliex meta wieħed jagħmel akkuża li ma jkollhiex provi warajha, allura wara din l-akkuża hemm mottiv negattiv.  Fuq kollox din l-akkuża tkun qlajja’ u gidba jew biex nużaw frażi aktar moderna Fake News

    Biss jista’ jkun li wara din l-akkuża jkun hemm xi provi.  Hu tajjeb li wieħed joħroġ dawn l-akkużi fil-pubbliku jekk il-persuna akkużata tkun persuna pubblika.  Imma min-naħa l-oħra, li wieħed jakkuża lill-ieħor fil-pubbliku biss, mhux biżżejjed.  Min għandu l-provi hu obbligat li dawn il-provi jmorru għand il-Pulizija biex jittieħdu l-passi meħtieġa.  Jekk ma nagħmilx hekk, inkun kompliċi għaliex inkun qed inħalli xi ħadd korrott fil-poter.

    Safejn naf jien, dawn l-affarijiet ma sarux.  Sakemm isiru dawn l-akkużi m’huma xejn ħlief gideb u fake news. 

    Tneħħija tal-‘fuel tax exemption’

    Bħalissa fl-Ewropa għaddejja kampanja biex tibda titħallas taxxa fuq il-fuel tal-ajruplani.  Dan għaliex il-magni tal-ajruplani, bħal l-vapuri u l-karozzi iħammġu ħafna l-ambjent.  Kif tara’, bla ħsieb ta’ xejn taqbel magħha.

    Biss jekk tagħrbel l-effett tagħha ma tantx tieħu gost.  Dan għaliex kif tibda titħallas din it-taxxa, il-kumpaniji tal-ajruplani ser jgħollu l-prezzijiet.  L-ebda kumpanija tal-ajru ma taċċetta li dan il-piż ġdid jonqsilha mill-profitti tagħa.

    Kif jogħlew il-prezzijiet dawk li għandhom pagi baxxi l-opportunita’ tas-safar tispiċċa għaliex ma jkunux jistgħu jħallsu dawk il-prezzijiet aktar għoljin.  Dan ifisser li s-safar jerġa’ jiġi bħal dari – xi ħaġa għas-sinjuri.  L-impatt fuq is-sinjuri tal-prezzijiet mhux ser ikun qawwi għaliex dawn għandhom flus biżżejjed biex fejn iħallsu sold ma jiddejqux iħallsu tnejn. 

    Dan hu parti mill-effett għaliex l-ivvjaġġar bl-ajru mhux ser jinqata’ – jonqos jista’ iżda żgur li ma jinqatax.  Għalhekk l-effett negattiv fuq l-ambjent hemm ser jibqa’.  Dan l-effett mhux biss ser ikun fuq is-sinjuri iżda anki fuq dawk li għandhom dħul baxx bħal min għandu paga minima jew il-penzjonanti.    Dawn tal-aħħar ser jispiċċaw jaqalgħuha miż-żewġ naħat.

    Allura nħallu kollox kif inhu?  Daż-żgur li le.  Nużaw il-metodu li qed  nużaw għall-karozzi – intellgħu l-istandards tal-magni tal-ajruplani.  Ma narax għaliex m’għandniex nagħmlu hekk fuq l-ajruplani u l-vapuri.  Nissettjaw standard tal-emissjonijiet li jrid ikollhom il-magni tal-ajruplani.  B’hekk inkunu qed innaqqsu l-impatt negattiv fuq l-ambjent mingħajr ma noħolqu inġustizzja soċjali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook