TRATTAMENT TAL-KANĊER

  • Lul 04, 2019 11:26
  • Miktub minn Alfred Sant

    Ħabib tiegħi reġa’ nqabad fil-ġlieda ma’ kanċer li mingħalih kien għeleb. Biss did-darba sab offerta ta’ kura f’pajjiż Ewropew li setgħet tilqa’ għall-problema li reġgħet inqalgħet.

    Daħal għaliha. Deherlu li qed tagħmillu ġid. It-testijiet mediċi wkoll hekk urew. Tatu kuraġġ. Mhijiex xi forma to omeopatija; imma f’Malta ma jidhirx li hi rikonoxxuta.

    Għall-ewwel, għat-tieni u anke t-tielet fażi tat-trattament, ħallas kollox minn butu; għal li baqa’ ma jistax ikompli jħallas hu u familtu.

    Applika fejn kellu japplika biex jirċievi xi għajnuna. Il-bordijiet mediċi ma qablux li t-trattament li daħal għalih għandu jingħata għarfien. Minkejja l-wegħdiet ta’ appoġġ li rċieva, spiċċa lampa u stampa. 

    Mhux sew. Qed insemmi każ ta’ ħajja u mewt.

    DWAR IL-BARRANIN 

    Kont qed nitkellem ma’ politiku Ewropew minn pajjiż nordiku u fissirli kif f’pajjiżu jħossu stramb meta ta’ spiss jidħol f’ristorant u jsib li l-qaddejja fih ma jkunux jafu ilsien pajjiżu. Irid ikellimhom bl-Ingliż jew b’xi taħlita oħra ta’ diskors. Qgħadt nisma’...

    Baqa’ jgħidli kif ħafna f’pajjiżu jħossuhom imwarrba u mdejqa meta fi triqithom jew fejn jaħdmu jsibu “wisq” nies ta’ nazzjonalità oħra.

    Ma’ min tkellimt ma kienx mil-lemin estrem. Anzi, soċjalista li ħabbat il-bibien fl-aħħar kampanja Ewropea. Ma biddel xejn mill-ideat pro-Ewropej u “progressivi” tiegħu imma deherli inkwetat.

    Kif ma setax jonqos. Il-mudell Ewropew ta’ tmexxija u żvilupp sar wisq jiddependi fuq ideat li jpoġġu fuq l-istess livell il-flus kontanti, il-ħidma tal-bniedem, l-assi miġmugħa fl-imgħoddi u l-aħħar żvilupp tekniku. Tara kif tagħmel l-aħjar profitt billi tlaqqa’ flimkien dawn l-ingredjenti b’mod li jrendi.

    Il-problema hi li n-nies ma tistax tqishom biss qishom kienu fattur tal-produzzjoni. Huma ħafna aktar minn hekk, u b’mod ikkomplikat.   

    IL-PN U L-PL INGLIŻ

    Il-qagħda tal-Partit Nazzjonalista bħalissa tfakkrek f’dak li ġara... għadu qed jiġri...fil-Partit Laburista Brittaniku. Hemm, il-membri tal-partit għażlu lil Jeremy Corbyn biex imexxihom u d-deputati parlamentari, fil-maġġoranza tagħhom, ma qablux. Qiesu li bih ma jistgħux iżommu s-siġġijiet parlamentari tagħhom u jirbħu. Skont id-deputati, Corbyn ma għandux il-ħila li jisfa elett bħala Prim Ministru. L-oġġezzjonijiet tagħhom naxruhom fil-beraħ, għalkemm bħal fil-kaz tal-PN, fil-maġġoranza ta’ każi, b’mod “anonimu”.

    Issa, m’hemmx mod aqwa kif timmina ċ-ċansijiet elettorali ta’ partit: ħlief billi fazzjoni interna publikament tippromwovi stqarrijiet bħal dawn.  Hi profezija li malli tixxandar, tkun qed twettaq lilha nnifisha. 

    Hi ħaġa kurjuża kif f’partiti politiċi ta’ żminijietna qed tqum din id-diverġenza: bejn x’jaħsbu d-deputati eletti u x’jaħsbu l-membri tal-partit.  

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook