Aċċess għal 500 sptar u ċentri tas-saħħa għal mard rari

  • Lul 03, 2019 09:00
  • Miktub minn Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne

    Żewġ suġġettifil-qasam tas-saħħa li kienu tpoġġew fuq l-aġenda Maltija tal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea meta sentejn ilu l-Presidenza kienet f’idejn Malta kienu l-mard rari u l-European Reference Networks (ERNs). L-ERNs huma 24 network ta’ ċentri tas-saħħa u sptarijiet speċjalizzati fuq mard rari madwar l-Ewropa kollha. Qegħdin nitkellmu fuq madwar 500 sptar u ċentru tas-saħħa. Minn dakinhar ‘il hawn sar ħafna xogħol f’dan ir-rigward u issa ksibna l-frott tiegħu.

    Jumejn ilu kelli s-sodisfazzjon li fil-preżenza tas-Sinjura Michelle Muscat nippreżenta lis-Sur Ivan Falzon, CEO tal-Isptar Mater Dei, iċ-ċertifikat li Mater Dei ġie rikonoxxut biex iservi ta’ ċentru ta’ kordinazzjoni mal-ERNs. Is-Sinjura Muscat hija l-President tal-Alleanza għal Mard Rari li tiġbor flimkien persuni b’mard rari u flimkien jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u jgħinu lil xulxin biex b’hekk jonqos ftit mill-iżolament li ġġib magħha marda rari. Is-Sinjura Muscat kienet strumentali biex il-mard rari jitpoġġa fuq quddiem tal-aġenda f’livell Ewropew u għal dan nixtieq nirringrazzjaha pubblikament.

    Sal-lum pazjenti Maltin li jbatu minn mard rari u li minnhom għandna reġistrati 3,539, kienu rimarjament jintbagħat għall-kura fi sptarijiet fir-Renju Unit. B’riżultat ra’ dan l-iżvilupp ġdid il-pazjenti se jkollhom aċċess għal parir u kura minn 500 ċentru tas-saħħa u sptarijiet imxerrdin mal-Ewropa kollha. Ifisser ukoll li anke l-ispeċjalisti tagħna issa se jkunu jistgħu jibnu kuntatti mal-aqwa sptarijiet fl-Unjoni Ewropea fejn jidħol mard rari.

    Tul il-Presidenza konna ħadna wkoll l-inizjattiva biex numru ta’ pajjiżi qbilna li naħdmu flimkien biex nassiguraw aċċess għall-mediċini ġodda u trattamenti innovatttivi għaċ-ċittadini u dan billi jaħdmu flimkien fl-aqwa interess taċ-ċittadini Ewropej.

    Il-pajjiżi li hdimna, u għadna naħdmu flimkien fuq din l-inizjattiva huma Malta, Ċipru, Greċja, Irlanda, Italja, Kroazja, Portugall, Rumanija, Slovenja u Spanja. Konna ffirmajna dik magħrufa bħala Valletta Declaration.

    Kull pajjiż firmatarju għandu grupp ta’ nies tekniċi li jiltaqgħu b’mod regolari u jiffaċilitaw l-aċċess għall-mediċini. F’pajjiżna l-Valletta Technical Committee se jkun qed jiltaqa’ għat-tmien darba.

    Il-ġimgħa d-dieħla, f’għeluq is-sentejn  mill-iffirmar tal-Valletta Declaration il-Ministri għas-Saħħa se niltaqgħu mill-ġdid f’pajjiżna biex nirriaffermaw l-appoġġ tagħna għal din id-dikjarazzjoni filwaqt li nuru l-apprezzament tagħna għax-xogħol kollu li sar mill-Valletta Technical Committee tul dawn l-aħħar sentejn.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook