L-ambjent

  • Ġun 29, 2019 17:41
  • Miktub minn Benny Borg Bonello

    L-ambjent hu xi ħaġa li rridu nieħdu ħsiebu l-ħin kollu.  L-awtoritajiet għandhom obbligu li jieħdu ħsiebu.  Imma dan jgħodd ukoll għalina.  Fil-fatt nemmen li aħna, bħala individwi, xi kultant nistgħu nagħtu kontribut akbar. 

    Bħalissa hu s-sajf u hi l-kultura tagħna li f’dawn iż-żminijiet noħorġu aktar barra biex ingawdu l-ambjent speċjalment il-baħar.  Is-sehem tagħna hu wieħed importanti – li wara kull attivita’ l-fdalijiet u l-imbarazz nieħduh id-dar biex nirriċeklawhom.  L-istess irridu noqogħdu attenti li ma nħallux affarijiet tal-plastic, speċjalment fliexken, warajna. 

    Għandna vantaġġ.  It-tfal tagħna saru aktar sensittivi minħabba t-tagħlim fuq dan is-suġġett li qed ikollhom fl-iskola.  Hu dmir tagħna li issa ngħallmuhom biex jibdew jagħtu kontribut attiv lejn l-ambjent fil-ħajja ta’ kuljum.

    Hi ħasra li filwaqt li t-tfal huma sensittivi għall-ambjent għandna ċerti mexxejja fid-dinja li ma jemmnux li dan it-taqlib ġej minħabba fina għax ma nieħdux l-ambjent bis-serjeta’ għax għad hawn min jemmen li hu ma jistax jagħti kontribut. 

    Ko-operazzjoni hi aqwa minn pika

    Riċentament kien hemm nirien fir-riżerva tal-Mizieb.  Għaddew xi kummenti bejn il-FKNK u l-BirdLife Malta.  Personalment ma nemminx fil-kaċċa anzi kontra l-kaċċa.  Biss nemmen li l-fatt li din ir-riżerva qed jieħdu ħsiebha l-FKNK ma tagħmel l-ebda differenza, għaliex din hi ħaġa tajba.  

    Dan bħal meta jkun hemm xi ħadd li personalment ma taqbilx miegħu, iżda jagħmel argument tajjeb.  Il-fatt li l-argument ġej minn xi ħadd li ma taqbilx miegħu, ma jibdilx l-argument għal wieħed ħażin.  

    Hu għalhekk li nemmen li meta jkun hemm xi ħaġa tajba, għandna naħdmu lkoll għaliha minkejja li jkun hemm nies li ma naqblux magħhom fuq xi ħaġa.  Hu għalhekk li nistenna li l-għaqdiet li huma favur l-ambjent għandhom joffru għajnuna biex dan il-masġar jerġa’ jieħu l-ħajja li kellu.  Min-naħa l-oħra, nistenna wkoll li min għandu r-responsabbilta’ ta’ dan il-masġar, ikun lest li jilqa’ l-għajnuna ġejja minfejn ġejja. 

    Għarfien akbar għall-arti 

    Bħalissa fil-Belt hemm wirja tal-arti kontemporanja li qed tiġi pproġettata mal-faċċata tal-Kavallier ta’ San Ġakbu.  Din hi parti mill-attivitajiet li jkunu għaddejjin ġol-Belt tul is-Sajf.  Dawn l-attivitajiet huma importanti għall-artisti Maltin għax jagħtihom l-opportunita’ biex jesponu x-xogħlijiet u l-ħiliet tagħhom.  Hi wkoll importanti għan-nies li jipparteċipaw f’dawn l-attivitajiet biex l-arti tidħol aktar fil-kultura ġenerali Maltija. 

    Dawn l-attivitajiet huma importanti wkoll għat-tfal għax għall-ewwel darba qed nuruhom li hemm ftuħ għal dawk li għandhom ħiliet artistiċi.  Qabel kien diffiċli ħafna fejn dawk li għandhom dawn il-ħiliet setgħu jesponuhom għall-pubbliku.  Illum b’dawn l-attivitajiet qed ikun aktar faċli li l-ħiliet artistiċi li jkollu xi ħadd jesponihom.  L-unika ċans li kien ikun hemm, kien li wieħed jesponihom lil ħbiebu. 

    Illum dan il-ftuħ qed joħloq ukoll sinerġija fl-arti tagħna għaliex b’dan it-taħlit tal-artisti, dawn jiksbu ħiliet ġodda għaliex għandhom opportunita’ li jesperimentaw aktar. 

    S’issa dawn l-attivitajiet, ħafna drabi, ikunu ikkonċentrati fil-Belt.  Nemmen li dawn l-affarijiet, speċjalment attivitajiet li ma jkunux iridu ħafna riżorsi, jibdew iduru l-postijiet l-oħra.  Dan, bħall-Karnival tas-Sajf, diġa’ beda jiġri.  Biss nemmen li hemm bżonn nixprunaw aktar attivitajiet lejn postijiet oħra.  Hu b’hekk li l-arti terġa’ tidħol fil-ħajja tan-nies in ġenerali.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook