ISTITUZZJONIJIET DGĦAJFA

  • Ġun 24, 2019 08:00
  • Miktub minn Alfred Sant

    Problema li baqgħet tidher aktar ċara minn sena għal sena hi li l-istituzzjonijiet regolatorji u eżekuttivi f’pajjiżna nżammu dgħajfa. Gvernijiet, wieħed wara l-ieħor, ħallewhom jiddgħajfu u jibqgħu dgħajfa għax forsi qiesu li aħjar hekk.

    Id-dgħufija tagħhom tingħaraf minn pjaga li kulħadd jirrikonoxxi li teżisti fostna – il-liġijiet u r-regolamenti ma jiġux inforzati kif suppost minn dawk l-aġenziji li qegħdin hemm biex iwettquhom.

    Jintqal li r-raġuni hi waħda “politika” – b’abbuż, ma tinżammx distanza xierqa madwar l-aġenziji “awtonomi” biex ikunu jistgħu jwettqu ix-xogħol tagħhom bla indħil. Żgur li ma tistax tiskarta din l-ispjega. Biss, niddubita kemm treġi waħidha.

    Għax hemm ukoll il-problema taċ-ċokon: f’pajjiż-gżira fejn kulħadd jaf lil kulħadd, il-problema ta’ kif se tirregola u żżomm ir-riedni sod mhijiex waħda ħafifa. Mhux ta’ b’xejn li lil hinn mill-istituzzjoniiet statali, insibu d-dgħufija wkoll fl-“aġenziji” tal-Knisja, tal-professjonisti, tan-negozju privat...

    GŻEJJER

    Kienet laqgħa interessanti dik li ttellgħet Brussell fil-bini tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea, dwar kif il-gżejjer Ewropej qed ilaħħqu mal-għanijiet maqbula fl-Unjoni fuq l-użu ta’ enerġija nadifa. Daqs kull parti oħra mit-territorju Ewropew, il-gżejjer huma mistennija li jagħmlu l-almu tagħhom biex jissodisfaw il-miri ssettjati.

    Biss mhux il-gżejjer kollha għandhom l-istess karatteristiċi u problemi. Ma tistax tapplika l-istess soluzzjoni għalihom ilkoll.

    Min-naħa l-oħra, hemm biżżejjed xebh fis-sitwazzjoni ta’ kull gżira ma’ dik ta’ gżejjer oħra, li jagħmel sens li l-gżejjer “jitkellmu bejniethom” u ma’ kull min jista’ jkollu interess fl-affari. B’hekk, isiru jafu kif ħaddieħor solva l-problemi li ffaċċja u jkunu jistgħu jitgħallmu mill-esperjenza ta’ xulxin, billi jqabblu l-problemi tal-ieħor ma’ tagħhom.

    Minn hawn, deherli, li l-laqgħa li nżammet il-ġimgħa l-oħra kisbet l-importanza tagħha.

    GĦAL GĦAWDEX

    La tlaqtilha fuq gżejjer, nista’ nkompli dwar Għawdex, anke bir-riskju li se nirrepeti ruħi fuq li diġà għedt xi darba oħra hawn.

    Id-dibattitu dwar xinhi l-aqwa sfida li Għawdex għandu bħalissa hu tal-akbar ħtieġa. Hemm min jgħidlek li l-konnettività hi l-akbar intopp: solviha u l-problemi kollha ta’ Għawdex marbuta mal-insularità doppja tiegħu, jinħallu.  

    M’inix konvint. B’konnettività aħjar, tiżdied veru l-faċilità li biha l-Għawdxin jinżlu jgħixu u jaħdmu f’Malta. U jista’ jkun ukoll li b’hekk tmajna r-raġuni u l-ħeġġa għall-ħolqien ta’ impjiegi ġodda f’Għawdex.

    Nibqa’ nara dal-ħolqien ta’ impjiegi bħala l-aqwa sfida. Minnu li jridu joħorġu s-sisien ta’ politika favur l-iżvilupp Għawdxi. Xorta hawn jidħol l-element tal-konnettività, imma mill-aspett li jgħin ħafna biex irendi aktar fattibbli t-tnedija ta’ impjiegi ġodda u kompettitivi fil-gżira.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook