Ġabra ta’ €601,827 … Grazzi mill-qalb!

  • Mej 22, 2019 08:15
  • Miktub minn Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne

    Nhar il-Ħadd li għadda, 19 tax-xahar, il-poplu Malti u Għawdxi wieġeb bi ħġaru għas-sejħa tal-Partit Laburista għal Maratona Ġbir ta’ Fondi fl-okkażjoni tal-Kampanja Elettorali għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali. Il-Partit Laburista ġabar €601,827. Ma nistax b’mod immedjat ma nesprimix ir-ringrazzjament tiegħi kemm fuq bażi personali, kemm mill-kariga ta’ Deputat Mexxej kif ukoll f’isem il-Partit Laburista nnifsu. Somma sabiħa immens li timliena bil-kuraġġ biex inkomplu ħidmietna b’risq il-poplu Malti u Għawdxi li qiegħed ikompli juri fiduċja fina kbira mmens.

    Imma apparti s-sabiħ ta’ din is-somma hemm sabiħ ieħor li rridu napprezzaw u li fid-dover tagħna ngħidu wkoll GRAZZI għalih. Qed nirreferi għall-volontarjat wara x-xogħol enormi li tirrekjedi ħidma politika kemm fil-lokalitajiet kif ukoll fuq bażi nazzjonali, fosthom kampanji bħal dawk li għaddejjin bihom bħalissa u li jiġu fi tmiemhom għada. Ma tistax ssib kliem biex tirringrazzja bih lill-membri tal-Kumitati Lokali li għandu l-Partit Laburista u lil dawk kollha li għalkemm ma jiffurmawx parti mill-Kumitati Lokali imma xorta waħda ssibhom jagħtu l-għajnuna tagħhom kollha possibbli. Li ma kienx għal dan kieku ma jkunx possibbli li jsiru kampanji elettorali fuq il-livelli li nagħmlu aħna bħala Partit Laburista. Napprezzaw ukoll il-koperazzjoni tal-familji tal-volontieri tagħna li ħidmet il-volontieri tfisser ukoll sagrifiċċji min-naħa tagħhom. U ara  ma naħsbux li mhux qegħdin nitkellmu dwar sagrifiċċji kbar.

    U la darba qed nitratta l-Kampanja Elettorali rrid nieħu din l-okkażjoni biex infakkar li l-aħħar attività tagħha se ssir għada fil-għaxija fil-Pjazza tal-Birgu u tingħalaq b’diskors tal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat. Konvint li se jkun għeluq bil-kbir kif kien l-għeluq ta’ kull kampanja elettorali li kellna.

    Madankollu ħidmietna għall-elezzjonijiet tas-Sibt li ġej, 25 ta’ Mejju, ma tieqafx għada fil-Pjazza tal-Birgu. Ħidmietna trid tibqa’ għaddejja kontinwament, sal-aħħar minuta, biex naraw li kulħadd jagħmel dmiru u joħroġ jivvota. Irridu naraw li ma nħallux li jirnexxi dak li l-Partit Nazzjonalista pprova jagħmel bil-manuvra li ma kienx se jkun hemm bżonn li jsiru Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali f’terz tal-pajjiż. Il-Partit Nazzjonalista ried iċaħħad lil eluf kbar ta’ Maltin u Għawdxin mid-dritt li jagħżlu huma lil min jirrappreżentahom fil-Kunsilli Lokali rispettivi tagħhom. Bil-manuvra tiegħu l-Partit Nazzjonalista kien qed jimmina d-demokrazija. Hekk biss ifisser kull attentat, f’xi forma jew oħra, li permezz tiegħu l-poplu ma jitħallix jesprimi l-għażla tiegħu.

    It-tweġiba għal dan l-attentat infami u malizjuż għandha tkun waħda: NhAR IS-SIBT LI ĠEJ NOĦORĠU NIVVOTAW BI ĦĠARNA U NARAW LI NĦEĠĠU LIL KULL MIN NAFU BIEX JAGĦMEL BĦALNA.

    Vot għall-kandidati kollha Laburisti li se jikkontestaw l-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali jiggarantixxi t-tħaddim tad-demokrazija vera.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0