Se jappoġġjaw?

  • Mej 16, 2019 08:35
  • Miktub minn Alfred Sant

    Mistoqsija leġittima f’din il-kampanja tal-elezzjonijiet Ewropej hi: Id-delegazzjoni Nazzjonalista li se jkun hemm fil-mandat li jmiss tal-Parlament Ewropew se taddotta l-istess strateġija negattiva li kellha matul l-aħħar mandat? Igħidu xi jgħidu l-mexxejja tal-PN, kienet strateġija maħsuba biex tħammeġ l-isem u r-reputazzjoni tal-pajjiż.

    Hemm test li jista’ jsir biex naraw x’se jkunu l-intenzjonijiet futuri tal-PN f’dar-rigward. Minnufih wara li jintemmu l-elezzjonjiet u jiġi kostitwit il-Parlament ġdid, jibdew isiru n-nomini mill-pajjiżi rispettivi tal-Kummissarju ġdid tagħhom fil-Kummissjoni Ewropea. Kull persuna nominata tiġi mistħarrġa mill-Parlament Ewropew.

    Issa, kulħadd tista’ tgħid, iqis in-nomina bħala waħda nazzjonali – kif filfatt hi. Waqt li jsir l-eżami mill-Parlament u waqt li jitħejja l-vot tal-kumitat parlamentari involut, id-deputati ta’ pajjiż jagħmlu mill-aħjar biex jagħtu appoġġ lil min ikun nominat.

    X’se jkunu qed jagħmlu d-deputati Ewropej tal-PN quddiem in-nomina Maltija? Il-kap tad-delegazzjoni Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew ħarab milli jirrispondi għal din il-mistoqsija.

    ***

    JUROVA

    Tbissimt meta qrajt x’kitbet il-gazzetta “Malta Independent” dwar kif il-Kummissarju Jurova wieġbet għal mistoqsija parlamentari li għamiltilha. Kienet dwar id-differenza fil-mod kif is-servizzi tal-Unjoni Ewropea ittrattaw il-każ tal-bank Pilatus u dak ta’ Dansk u Deutsche Bank. Tal-ewwel ġie akkużat b’irregolaritajiet li jlaħħqu ftit mijiet ta’ miljuni ewro tul xi sena forsi. Tat tieni għal snin twal, kienu ħaslu mijiet ta’ biljuni ta’ ewro.

    Skont ir-rapport, Jurova “ċanfritni” talli saqsejt il-mistoqsija u fissret kif is-servizzi tal-Unjoni kienu mxew skont ir-regoli stabbiliti fiż-żewġ każi. Diffiċli li tara ċanfira fir-risposta tal-Kummissarju, maħduma kif kienet biex tħawwad il-bigħa.

    Is-sabiħa kienet li fl-istess żmien li Jurova wieġbet u deher ir-rapport tal-“MI”, il-“Financial Times” żvela kif kienu ttieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-banek Dansk u Deutsche, wara kampanja qawwija maħsuba biex tipproteġi korpi Daniżi u Tedeski involuti fit-tmexxija tas-swieq finanzjarji. Dal-fattur ma kienx preżenti meta l-Pilatus Bank ġie investigat.

    ***

    REDENTUR

    L-istatwa tar-Redentur fil-bażilika tal-Isla għandha aktar minn mitejn u ħamsin sena. Kellha bżonn kbir li tiġi restawrata. Ix-xogħol intemm ftit ilu. Fuq stedina tal-arċipriet dun Robin Camilleri mort naraha. Ir-restawr li sar fuq l-istatwa kien metikoluż għall-aħħar. Ingħatajt ktieb mill-isbaħ li ġie publikat apposta biex jikkommemora din l-inizjattiva.

    Fl-istess okkażjoni kelli l-opportunità nsir naf dwar il-proġetti ta’ appoġġ soċjali li l-bażilika tmexxi fl-Isla. Hi ħidma tassew meħtieġa u qed titmexxa bis-sens u b’impenn. L-istess sens u impenn qed jitħaddmu fuq proġett ieħor, kulturali. Bħal ma ġara bl-istatwa tar-Redentur, l-arkivji u l-oġġetti artistiċi u kulturali tal-bażilika qed jitħarsu, jiġu priżervati tajjeb u miżmuma katalogati. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook