Illum niltaqgħu Pjazza Kastilja

  • Mej 01, 2019 10:12
  • Miktub minn Chris Fearne

    Illum, l-Erbgħa, 1 ta’ Mejju, JUM IL-ĦADDIEM, jum glorjuż għall-Partit Laburista. Jum sinonimu mal-Partit Laburista, għax kien il-Partit Laburista li introduċa dan il-jum f’pajjiżna. Forsi mhux il-lok li nagħti ħarsa estensiva lura lejn l-introduzzjoni ta’ Jum il-Ħaddiem f’pajjiżna, imma jkun biżżejjed ngħid li ma kinetx ħaġa daqstant faċli li tintroduċi Jum il-Ħaddiem f’pajjiżna. Kien hemm reazzjoni ostili mhux ftit għad-deċiżjoni u l-implimentazzjoni min-naħa tal-Partit Laburista dwar jum il-Ħaddiem. 

    U minkejja li kien hemm attentati sparodiċi min-naħa tal-Partit Nazzjonalista biex jipprova jersaq lejn dan il-jum għażiż, għall-Partit Nazzjonalista, jgħidu x’jgħidu, Jum il-Ħaddiem dejjem baqa’ musrana barranija. Mhux hekk imma l-Partit Laburista. Il-Partit Laburista baqa’ dejjem konsistenti mas-sinifikat ta’ dan il-jum u tul is-snin iffesteġġjah b’diversi modi u skont iċ-ċirkostanzi attwali. Imma dejjem mal-masses ta’ nies u dejjem fit-toroq u fil-pjazez, partikolarment f’dawk tal-belt kapitali tagħna.

    Din is-sena mhix se tkun eċċezzjoni. Se nerġgħu bħala Partit Laburista nkunu fit-toroq tal-belt kapitali u fl-akbar pjazza tagħha, Pjazza Kastilja. Din id-darba ċ-ċirkostanza li fiha se nkunu qegħdin niċċelebraw dan Jum il-Ħaddiem hija l-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali li se jsiru s-Sibt, 25 ta’ Mejju, li l-kampanja għalihom se nibdewha uffiċjalment f’Jum il-Ħaddiem. 

    Se nkunu qegħdin niċċelebraw Jum il-Ħaddiem wara li issa ilna fis-servizz tal-poplu  sitt snin, perjodu li matulu irbaħna żewġ Elezzjonijiet Ġenerali, rebħa akbar minn oħra. Li sservi lil pajjiżek huwa l-akbar servizz li tista’ tagħti. Dan għamilnih, qegħdin nagħmluh u ninsabu determinati li nkompluh inwettquh.

    Kif kelli l-okkażjoni nispjega lill-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista nhar il-Ġimgħa li għaddiet, biex tagħti servizz bħal dan teħtieġ tliet elementi kruċjali: kompetenza; ħidma kollettiva u sens ta’ dover. Jekk is-servizz li tagħti lill-pajjiż ma jkunx bażat fuq dawn it-tliet elementi r-riżultat ikun ta’ dannu u mhux ta’ ġid.

    Ċertament li l-kompetenza tal-Prim Ministru hija waħda indiskutibbli. Il-mod li bih Joseph Muscat mexxa ‘l quddiem il-viżjoni ta’ pajjiżna għal bidla pożittiva, dinamika u sostenibbli b’għaqal u professjonalità qed jgħixha u jesperjenzaha l-popli Malti u Għawdxi kollu.

    L-element ta’ ħidma kollettiva. Tul dawn l-aħħar sitt snin il-ħidma kollettiva kienet evidenti fuq kull livell tax-xogħol tagħna. Evidenti l-għaqda ta’ bejnietna bħala moviment, bħala partit, bħala Grupp Parlamentari, bħala Kabinett, bħala amministrazzjoni u mexxejja. Il-ħidma kollettiva tistimula, kif stimulat, ambjent ta’ serenità politika u sens ta’ rispett u djalogu li qabbduna t-triq tas-suċċess li ksibna flimkien u ssuqna lejn il-mira ewlenija tagħna li nkomplu nkunu ta’ spalla għal min jeħtieġha biex jitgħolla l-livell ta’ għixien tiegħu.

    Hemm imbagħad is-sens ta’ dover li jitlob minna li nżommu quddiem għajnejna bħala prijorità assoluta l-interess tal-poplu, ta’ kull ċittadin. Li ma kienx hekk kieku ċ-ċittadin Malti u Għawdxi ma kienx igawdi dak li gawda s’issa taħt Gvern Laburista. Din il-prova hija aktar minn biżżejjed ta’ kemm kienet politika ideali li biha mxejna u li allura fuqha għandna nkomplu nimxu u ntejbu.

    Illum wara nofsinhar niltaqgħu fi Pjazza Kastilja biex bid-diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Dr Joseph Muscat nibdew il-mixja lejn is-Sibt, 25 ta’ Mejju, biex nerġgħu nuru kemm hija fejjieda l-politika li mxejna biha.

    Niltaqgħu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook