L-għażla f'dawn l-elezzjonijiet

  • Apr 18, 2019 09:56
  • Miktub minn Alfred Sant

    L-għażla quddiem il-poplu Malti fl-elezzjonijiet Ewropej li resqin tikkonċerna bil-kbir il-mistoqsija: X’tip ta’ rappreżentanti jrid li jkollu fil-Parlament Ewropew? Irid deputati Maltin iffokati fuq li jqanqlu kemm reżistenza jistgħu għall-gvern ta’ pajjiżhom fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea? Jew deputati li anke jekk kritiċi tal-gvern tal-ġurnata, jrażżnu l-mod kif jitkellmu u jaġixxu fin-negattiv dwar pajjiżhom?

    Mistoqsija bħal din kienet tidher stramba kieku ma seħħewx il-manuvri mid-deputati Nazzjonalisti li rajna fil-PE tul l-aħħar mandat. Manuvri li marru lil hinn mill-kritika u waslu saħansitra għal sforzi biex kandidat Malti bħal Leo Brincat ma jiksibx l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew għan-nomina fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

    Nemmen li maġġoranza kbira tal-poplu ma taqbilx ma’ din l-imġiba u se ssaqsi: min mill-kandidati nominati se jsegwiha? Min isegwiha jew ikompli jsegwiha ma jixraqlux jiġi elett.

    ***

    IL-PROBLEMA TAL-LIBJA

    L-isfrattu fil-Libja twal wisq. Pajjiż li għandu ħafna x’joffri għaċ-ċittadini u l-popli ġirien tiegħu jinsab mifrud u paralizzat. Agħar, m’hemmx tmexxija nazzjonali li tista’ tindokra tassew is-sigurtà tal-poplu, waqt li l-atti ta’ vjolenza u gwerra għadhom parti mill-ħajja.

    Barranin – fosthom l-Ewropej – huma wkoll responsabbli għal dan l-isfrattu. B’xorti ħażina sal-lum, barra mill-firda qawwija fi ħdan il-poplu Libjan,  il-miri tal-barranin dwar il-Libja għadhom mhux ċari għal kollox. Donnhom iridu li sempliċement jitwaqqaf gvern Libjan li jkun skont ix-xewqat u l-interessi tagħhom.

    Mira bħal din mhijiex leġittima jew siewja. Għax jekk fir-relazzjonijiet mal-Libja, l-Ewropej ngħidu aħna, għandhom interess qawwi li jirbaħ fuq kull kunsiderazzjoni oħra, dan hu li l-Libja ma tispiċċax xi refuġju għat-terroriżmu.

    Mill-bqija, l-Ewropa għandha tifhem li qabel kollox, il-Libja jeħtieġ terġa’ takkwista l-istabbiltà. Mingħajrha, l-ebda paċi, l-ebda demokrazija mhuma se jkunu possibbli. 

    ***

    PAZJENTI BARRA

     Miżura imprezzabbli li għandna fis-servizzi tas-saħħa ta’ pajjiżna hi dik li biha pazjenti li jirrekjedu kura jew operazzjoni li ma tingħatax f’Malta jintbagħtu barra, spejjeż tal-gvern, biex jirċevuha. Naħseb li sal-lum eluf ta’ pazjenti bbenefikaw minnha.

    Tkellimt dan l-aħħar ma’ wieħed minnhom li qatta xhur twal fir-Renju Unit  wara operazzjoni importanti li għamel hemm. Kien grat ħafna li l-istat Malti fil-fatt... salvalu ħajtu.

    Biss, qalli, persuna fil-kondizzjoni tiegħi issib ruħha mitlufa jekk tkun waħidha meta ssiefer għall-kura. Jien ma kontx f’dil-pożizzjoni għax telgħu l-mara u t-tifla u sibt kull wens minħabba fihom. Ħallasna aħna l-ispejjeż tal-vjaġġ u ta’ kemm damu miegħi. Imma pazjent ta’ familja li ma tistax taffordja din l-ispiża se jibqa’ bla wens. Il-gvern ma jħallasx l-ispejjeż ta’ min jakkumpanja pazjent barra.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook