LIL MIN TEMMEN?

  • Mar 28, 2019 16:34
  • Miktub minn Alfred Sant

    Il-“verdett” tal-prosekutur speċjali Moeller fl-Istati Uniti fl-investigazzjoni tiegħu dwar jekk il-kampanja presidenzjali ta’ Donald Trump ipprovatx tissieħeb mar-Russi biex tirbaħ l-elezzjoni kien negattiv. M’hemmx prova li dan ġara.

    Id-Demokratiċi ddikjaraw li se jibqgħu jagħfsu fuq l-istorja. Is-suspetti tagħhom għadhom qawwija, qalu, allavolja Mueller ilu kważi sentejn jindaga b’poteri investigattivi qawwija ħafna.

    Trump ma jogħġobni xejn. Biss imkien ma deher xi indizju li juri li Moeller hu xi mixtri. Kemm ilu fil-kariga, sallab fuq materji differenti mill-inkjesta ewlenija, kollaboraturi ewlenin tal-President Amerikan. Li Moeller iddeċieda kif iddeċieda jidhirli hu element tal-aqwa importanza.

    Il-biċċa fakkrtini kif f’Malta, dawk li ma jaħmlux lill-Prim Ministru Muscat u rabtu l-attakki tagħhom fuqu ma’ l-kaz tal-Egrant. Baqgħu jaraw kif itambru fuqu anke meta l-kaz spiċċa vroma.

    Fhiex se temmen fil-ħajja? Dak li jiġi indagat u misjub mhux veritier mal-fatti? Dak li trid temmen akkost ta’ kollox?

    F’B’BUGIA

    Nhar il-Ħadd li għadda f’Birżebbugia minkejja t-temp sajfi kien xorta diffiċli tinsa l-krejnijiet u l-makkinarji tal-Freeport. Jiddominaw kullimkien. Paragunat magħhom, anke l-vapur kbir fejn jinħażnu l-provisti tal-gass li jagħlfu l-power station jidher mhux daqstant impressjonanti.

    Bħala proġett, m’hemmx dubju li l-Freeport kienu u għadu suċċess kummerċjali li baqa’ jġibilna negozju kbir.

    M’hemmx dubju lanqas li B’bugia u r-residenti tiegħu kellhom iħallsu prezz qawwi għal das-suċċess li bidel il-karattru tal-post u ġab miegħu l-inkonvenjenzi assoċjati ma’ kwalunkwe proġett industrijali kbir.

    Dejjem fhimt li minħabba f’hekk, B’buġia jistħoqqilha kura speċjali. Iridu jibqgħu jinħolqu fiha u madwarha proġetti li jikkumpensaw għat-taħsir li kellha ġġarrab .  

    ĠENSNA

    Ir-rock opera Ġensna kisbet fama leġġendarja u baqgħet tingħata merħba kbira kull meta reġgħet ittellgħet f’verżjonijiet ġodda. Kellha imitaturi li ma resqux lejn il-popolarità tagħha.

    X’wassal għaliha?

    Ix-xogħol ġie kritikat għax intqal, kien għodda ta’ propaganda radikali biex jimbotta l-viżjoni tal-gvern Laburista. Ġie varat fil-bidu tas-snin tmenin meta qamu kontroversji politiċi qawwija fil-pajjiż b’konsegwenza tar-riżultat elettorali anomalu tal-1981. Effettivament il-messaġġ tal-opra jorbot l-aktar mal-ġrajja tal-1979, meta l-militar Ingliż telaq darba għal dejjem mill-gżira. Mil-lat politiku, Ġensa titqies bħala ċelebrazzjoni qawwija ta’ dik il-ġrajja. U favur tagħha ma kienx hemm biss ix-xellug, imma wkoll forzi mil-lemin li għalkemm ma għollewx leħinhom, dejjem riedu li l-indipendenza tkun waħda sħiħa bit-tluq definittiv tal-Brittaniċi.

    Dawn huma argumenti ftit jew wisq politiċi żżejjed. L-akbar mertu ta’ Ġensna kien u għadu li ppreżentat mużika li mill-bidu sal-aħħar, hi tal-widna. Tifsira oħra għaliex baqgħet daqstant popolari.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0