INVOLVIMENT AMERIKAN

  • Jan 03, 2019 08:15
  • Miktub minn Alfred Sant

    Id-deċiżjoni tal-President Trump bla dubju tfisser tradiment tal-forzi “ribelli” Kurdi fis-Sirja. Minkejja l-mibegħda li teżisti bejn il-gvernijiet ta’ Erdogan u Assad, xorta jgħaqqadhom il-biża’ li l-Kurdi għad xi darba jispiċċaw b’pajjiż tagħhom magħmul minn biċċiet tat-Turkija, tal-Iraq u tas-Sirja.

    Imma aktar minn hekk, l-irtirar mis-Sirja tal-Istati Uniti bl-iskuża li l-forzi Ġiħadisti ġew megħluba (anki jekk l-eks Segretarju tad-Difiża Amerikana Mattis ma jaqbilx li dan hu minnu) terġa’ tqajjem kwistjoni ħafna aktar fondamentali. X’rwol għandha tieħu l-Amerika fid-diplomazija mondjali?

    Trump donnu qed jgħid li l-Istati Uniti m’għandhomx ikunu l-pulizija tad-dinja. (bħallikieku hemm daqstant ilħna li jriduha dil-ħaġa.) L-argument tiegħu dwar hekk hu li biex tmexxi pulizija trid il-flus u dawn m’għandhomx ikunu l-Istati Uniti li jfornuhom.

    Mela min? Liema pajjiżi għandhom interess li jaħtru lill-Istati Uniti il-pulizija ultima tad-dinja?

    Il-verità hi li meta l-Istati Uniti jidħlu għal dax-“xogħol”, jagħmluh għax jaqblilhom. Xorta jibqa’ bżonn li l-materja kollha tkun imgħarbla bla kantunieri, mingħajr il-kompjaċenzi tax-xellug u tal-lemin.

    SELETTIVI

    Uħud fl-hekk imsejħa midja “indipendenti” għandhom metodi selettivi ħafna kif iqisu xinhu fl-interess publiku meta jqumu kwistjonjijiet familjari jew ta’ saħħa dwar persuni publiċi l-aktar fil-politika, imma mhux biss. Fejn il-persuni jkunu qrib tagħhom jew parti mill-klikek dominanti li draw mingħalihom imexxu l-pajjiż qisu dan kien xi dritt divin mogħti lilhom, id-dritt tal-privazija jirbaħ fuq kollox. U allura xejn ma jissemma dwar x’qed ikollu jagħmel dan jew dak.

    Fejn iżda l-persuna publika ma tkunx ta’ ġewwa, jew tkun b’ideat kontra, bħal meta jrid jiġi mminat xi arċisqof jew xi ministru mhux ben vist... fuq hekk isaltan id-dritt tal-publiku li jsir jaf kollox mill-bidu sal-aħħar. Anzi, biex tkompli tasal l-aħbar, anke l-kummenti dwarha jsiru aħbar.

    Din l-ipokresija grassa tiġi preżentata lilna bl-akbar qdusija.

    GRISHAM

    “The Racketeer” għandu bħala protagonist lill-avukat Malcolm Bannister li jispiċċa l-ħabs fuq akkużi li għen fil-ħasil ta’ flus kriminali. Biex joħroġ mill-ħabs qabel il-waqt, joffri informazzjoni lill-FBI dwar min qatel lil imħallef federali. Kisibha minn x’qalulu sħabu l-ħabsin. Ir-raġel li jakkuża jiġi arrestat, l-FBI tirranġa biex Bannister jibdel wiċċu u jingħata identità ġdida. U hu jitlaq biex jistad il-veru qattiel u jobroxlu d-deheb li kien seraq mingħand l-imħallef.

    In-nisġa tar-rumanz tinħadem b’mod mill-aktar inġenjuż. Kull inċident mitqies għalih waħdu hu kredibbli u jżommok attent.

    Hu biss meta tispiċċa taqra r-rumanz li tinduna kemm hi improbabbli l-ġrajja. Ħaġa li naħseb tikkonferma l-maestrija ta’ John Grisham fil-kitba ta’ rumanzi “popolari”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0