Toroq

  • Aww 13, 2018 14:10
  • Miktub minn Benny Borg Bonello

    Bħalissa għaddejjin ħafna xogħlijiet fit-toroq.  Xogħlijiet li ħafna minnhom jirranġaw it-toroq li għandna billi jwessawhom.  Hemm 4 affarijiet li laqtuni:

    Il-proġett:  Qabel l-aħħar elezzjoni, waħda mill-wegħdi li kien għamel il-Prim Ministru kienet li nirranġaw it-toroq ta’ Malta f’seba’ snin.  Ngħiduha kif inhi, ħafna min-nies kienu bejn ħaltejn jekk jemmnux din il-wegħda.  Min-naħa kulħadd jiftakar fl-elezzjonijijet aktar antiki fejn l-istess wegħda kienet saret għalkemm mhux mill-istess partit tal-gvern.  Saret aktar minn darba u xorta ma kien sar xejn.  Min-naħa l-oħra, dan il-Gvern kien diġa’ wera, permezz tal-proġett ta’ Regional Road, li dan il-Gvern, dak li jwiegħed jagħmlu.  Dan għaliex ix-xogħol sar fiż-żmien imwiegħed u anki mingħajr ma eċċeda l-budget.  Hu għalhekk li llum għandek ħafna nies li jemmnu li l-għanijiet ta’ dan il-proġett jistgħu jintlaħqu.

    Politka ġdida:  Dan ix-xogħol li qed isir juri li dan il-Gvern għandu politika ġdida dwar kif nisgħu mmexxu t-traffiku.  Qabel il-politika kienet li fit-toroq nagħmlu restrizzjonijiet biex nikkontrollaw b’kemm ikunu qed jimxu l-karozzi.  Għalhekk konna nagħmlu roundabouts kbar u konna wkoll nirristrinġu l-wisa’ tat-toroq billi nagħmlu bankini wesgħin.  Illum il-politika nbidlet.  Ħafna mix-xogħlijiet li hemm bħalissa hu biex inwessgħu t-toroq billi inċekknu roundabouts u nnaqqsu l-wisa’ tal-bankini.  Jien qatt ma kont naqbel mal-politika ta’ qabel.  Ir-raġuni kienet li dejjem kont nemmen li t-traffiku hu bħad-drenaġġ – aktar ma tagħmel faċilitajiet biex teħles minnu hu aħjar. 

    Ippjanar:  Waħda milli laqtet lin-nies kienet li minkejja dan ix-xogħol kollu d-dewmien biex tgħaddi minn ħafna toroq ma hux esaġerat.  Anzi, jekk tieħu l-Marsa, minkejja x-xogħol li għaddej, l-affarijiet tjiebu.  Fil-fatt, id-dewmien hemm naqas u mhux żdied.  Dan juri li jekk tippjana sew l-affarijiet jimxu tajjeb.  Qabel konna nieħdu qatgħa meta jkun ser jibda xi xogħol għax konna nafu li kien ser ikun hemm dewmien esagerat.  Biss bħal ma għidt l-esperjenza tal-flypass ta’ Regional Road urietna mod ieħor.  Ix-xogħlijiet li hawn għaddejjin illum qed jikkonfermaw dan.

    Toroq għal kulħadd:  L-ippjannar ma hux biss biex it-traffiku ma jieqafx waqt li jkunu għaddejjin ix-xogħlijiet, iżda anki fit-toroq stess.  Tħabbar li f’numru ta’ toroq ser ikun hemm lane għal min isuq ir-roti.  Naf li dan mhux dejjem ser ikun possibbli minħabba ċ-ċokon tagħna li dan isir f’kull triq.  Imma l-fatt li bdejna naħsbu diġa’ hu titjib. 

    L-importanza tiegħu mhux biss ġejja minħabba li qed ninkoraġġixxu lin-nies biex jużaw aktar ir-roti.  Hemm fattur ieħor.  Dan hu li aktar ma qed jgħaddi ż-żmien, il-popolazzjoni tagħna aktar qed tixjieħ.  Illum ix-xjuħ draw bil-mobbilta’ u aktar qed jiżdied in-numru li ma jridux li jitilfu din il-mobbilta’.  Hu għalhekk li tara aktar minn dawn in-nies li joħorġu bil-mobility scooter.  Veru s’issa dawn il-vetturi għadhom għaljin, iżda bħal kull ħaġa oħra, aktar ma jiżdied l-użu aktar jorħsu. 

    S’issa dawn ħafna drabi qed jintużaw fil-bliet u rħula fejn jgħixu l-anzjani biss u mhux l-ewwel darba li qed naraw minnhom li jintużaw biex anzjani jmorru minn villaġġ jew belt fejn joqogħdu għal postijiet oħra. 

    Peress la għad m’hemmx lanes għar-roti, dawn qed ikunu ta’ periklu.  Jekk ikun hemm aktar lanes għar-roti u dawn ikunu jistgħu jintużaw ukoll mill-mobility scooters, dan il-periklu jonqos u nkunu qed nagħmlu lix-xjuħ tagħna aktar mobbli. 

    Nemmen ukoll li għandu jkun hemm ukoll regoli tas-sewqan biex nagħmlu l-użu tagħhom b’anqas periklu.

    Is-Saltna tad-Dritt

    Is-Saltna tad-Dritt hu prinċipju bażiku tad-Demokrazija, iżda sfortunatament f’Malta bħad-Demokrazija għamilna dan il-prinċipju ballun politiku speċjalment dan l-aħħar sentejn.  Minflok rajna kif nistgħu nsaħħu dan il-prinċipju ġebbidna kif jaqblinna biex nieħdu vantaġġ politiku.  Minflok użajna dak li kellna biex inkabbru r-reputazzjoni ta’ pajjiżna u nkabbru l-ġid, ħafna drabi użajniha biex insawtu lilna nfusna, innaqqsu r-reputazzjoni tagħna barra minn Malta u nagħmlu ħsara lil Malta, speċjalment iż-żgħażagħ tagħna, u nkerrxu l-investiment.  Semmejt liż-żgħażagħ għaliex huma dawn l-aktar dawk li għandhom edukazzjoni terzjarja u għalhekk iffittxu s-settur finanzjarju biex jaħdmu. 

    L-aħħar tgħawwiġa li smajna għall-prinċipju tas-saltna tad-dritt kien kif ħareġ ir-riżultat tal-inkjesta dwar il-gidba li saret fuq il-Prim Ministru u familtu.  Wieħed mill-għorrief li għandna li kapaċi jġebbed il-prinċipju tas-Saltna tad-Dritt qalilna li l-Prim Ministru ma kellux dritt li jkollu r-riżultat kollu tal-inkjesta. 

    Jekk nużaw dan il-prinċipju u nestenduh, inkunu qed ngħidu li dak li jiġi akkużat b’xi ħaġa mhux dejjem ser ikollu d-dritt li jkun jaf is-sentenza kollha li nqatet kontrih.  Dik Saltna tad-Dritt li jemmnu fiha xi nies!  

    Tista’ timmaġina li tkun akkużat, tinqata’ s-sentenza, jista’ jkun li tintbagħat il-ħabs, u lanqas tkun taf ir-raġunijiet kollha għaliex tefgħuk il-ħabs. 

    Daqshekk nistgħu naqgħu baxx meta nġebbdu prinċipji importanti għall-vantaġġ politku.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0