Vaganzi Parlamentari

  • Lul 09, 2018 09:10
  • Miktub minn Alfred Sant

    Minn nhar il-Ħamis, il-Parlament Ewropew jibda bil-vaganzi tas-sajf tiegħu, li jwasslu sat-tielet ġimgħa ta’ Awwissu. Kif naraha jien, dal-Parlament jinsab milqut miċ-ċaqliq politiku li għaddej fl-Ewropa. Qiegħed iħabbat b’messaġġi politiċi li tilfu r-rankatura.

    Sa sajf ieħor, ikunu seħħew l-elezzjonijiet Ewropej. Iċ-ċansijiet huma qawwija li se jkun hemm bidliet mhux żgħar fil-kompożizzjoni tad-deputati. Il-forzi “reazzjonarji” tal-lemin hekk imsejjaħ estrem se jissaħħu, kif se jiġri għal dawk li jissejħu ewro“xettiċi”. It-tnejn mhux bilfors jiġbdu l-istess ħabel.

    Jekk hemm xi tort għal dan, jaqa’ żgur fuq il-Parlament attwali, fost oħrajn. Kompla jimbotta l-politika li kien wiret, imfaqqsa f’koalizzjoni stramba bejn Martin Schulz tas-soċjal demokratiċi u l-Partit Ewropew tal-Popolari. Dil-koalizzjoni jidher li se titkompla fix-xhur li ġejjin.

    Tul dawn il-vaganzi parlamentari, naħseb li se jkun hemm bżonn ta’ riflessjoni dwar jekk “more of the same” hux l-aħjar rimedju għal Ewropa li m’għadhiex koerenti. 

    ***

    DINJA MIBDULA

    Quddiem id-deputati Ewropej tas-soċjalisti u d-demokratiċi, il-viċi president tal-Kummissjoni nkarigata mill-politika barranija tal-Unjoni Ewropea, Frederica Mogherini tat rendikont skjett ta’ kif qed jinbidel il-bilanċ ta’ forzi politiċi barra mill-Ewropa u ġo fiha.

    L-akbar problema – qalet hi – u ma tistax ma taqbilx magħha – hi t-tisħiħ fl-Ewropa u barra minnha ta’ nazzjonaliżmu qawwi. Dan qed iħarbat l-inizjattivi ġenwini fl-Ewropa għal politika komuni u fuq skala globali qed ikisser il-linji ta’ koperazzjoni li nbnew fl-imgħoddi.

    Mogherini għandha raġun fl-analiżi li qed tagħmel. Wara kollox, hi waħda mill-membri tal-Kummissjoni Ewropea li l-aktar kienet valida f’ħidmietha. Li jdejjaqni fil-pożizzjoni tagħha hu li ma hemm l-ebda għarfien kif jaħtu għall-problemi tal-lum... bil-populiżmu jħabbat fuq ix-xatba b’suċċess... huma l-attitudnijiet li ċ-ċentru xellug u ċ-ċentru lemin baqgħu jinsistu fuqhom f’koalizzjoni mijopika tul l-aħħar snin.

    ***

    FIL-ĠONNA

    Kif jien (u nistħajjel oħrajn tal-età tiegħi) naraw il-bidliet li qed isir fl-ambjent naturali ta’ pajjiżna bilfors li hu differenti milli jitkellmu dwaru l-ambjentalisti tal-lum, għalkemm naħseb li ninsabu fuq l-istess binarju. Irridu ħarsien razzjonali tal-ambjent li fih ngħixu.

    Issa, meta kont tifel, fl-istess ġnien li għadu jeżisti llum, kienu jersqu ħafna naħal, żunżan u friefet ta’ kull kulur. Illum kważi sparixxew.

    Dak iż-żmien, il-gamumilla kienet tispunta minn kullimkien bħala pjanta “selvaġġa”. Illum, anke meta xxerred iż-żerriegħa tagħha mal-irkejjen kollha, ma jinbet xejn.

    Min-naħa l-oħra, qabel ftit kienu jitfaċċaw gremxul; u ma nemminx li dan ġara għax kienu jeqirduom il-qtates. Illum, il-gremxul ħa postu sew fl-inħawi.

    Ma nistax nifhem xinhu jwassal għal dawn ir-riżultati li donnhom kuntradittorji.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook