Kuntrast

  • Mar 05, 2018 08:10
  • Miktub minn Alfred Sant

    Bejn sitwazzjoni fejn l-abort mitqies bħala dritt tal-bniedem u oħra fejn hu mitqies bħala abominazzjoni – diġà semmejt dal-kuntrast li kull ġimgħa ninduna bih meta ngħaddi minn Brussell jew Strasburgu għal Malta.

    Fl-aħħar ġimagħtejn, kuntrast ieħor kien aktar evidenti. Bejn temp iffriżat, anqas miż-żero fi Brussell, u temp mieles f’Malta. Hawn, xemx fietla u fil-ġonna, gremxul li qed jistenbaħ mir-raqda tax-xitwa. Hemm... anqas minn sagħtejn u tliet kwarti bogħod bl-ajruplan... għadajjar iffriżati fil-ġonna, fejn jekk ma titkebbibx f’ħafna saffi ta’ lbies, tirżaħ għall-mewt. (Issa fi Brussell, it-temp kien anqas kiefer milli fl-ibliet tal-madwar.) Opportunità tad-deheb għall-publiċità turistika Maltija?

    Dnub li bl-umdità tal-gżejjer Maltin u l-mod kif huma mibnija d-djar, ġieli tħoss aktar bard hawn milli fi Brussell.

    ***

    SE NIBQGĦU NTIRU?

    Interessanti kif il-gvern f’medda ta’ tliet ijiem, ħass il-ħtieġa (permezz tal-ministru tal-Finanzi u wara tal-Prim Ministru nnifsu) li jisħaq kif it-tkabbir ekonomiku li jinsab għaddej mhuwiex xi “bużżieqa” li tista’ tinfaqa’ f’daqqa waħda. Il-Ministru Scicluna irrefera għall-ekonomija kollha kemm hi, il-Prim Ministru b’laqta l-aktar lejn l-industrija tal-bini.

    Fil-verità l-qagħda tal-lum hi bla preċedent. Fis-snin twal li ili nsegwi l-iżviluppi tal-ekonomija Maltija ma niftakarhiex tiġri, la fir-rankatura ta’ żmien nofs is-snin sebgħin, lanqas wara l-1987, meta l-gvern ta’ Fenech Adami fetaħ il-vitien tal-konsumiżmu u telaq jonfoq il-fondi mfaddla mill-amministrazzjonijiet Laburisti ta’ qablu.

    Għax ma teżistix tifkira ta’ rankatura qawwija daqs tal-lum, u li damet daqshekk, hu naturali li jqumu d-dubji dwar kemm tista’ tkompli fit-tul.

    Hi ħafna aħjar il-qagħda tal-lum, mis-snin meta konna nistaqsu kemm se ndumu qabel in-nifs tar-rankatura ekonomika jitqawwa tassew.

    ***

    BEST SELLERS

    Il-ktieb ta’ Michael Wolff “Fire and Fury”, suċċessun fl-Istati Uniti, qed jagħmel l-istess impatt fl-Ewropa. Matul l-aħħar ġimgħat, ħarġu fl-edikola fost oħrajn, traduzzjonijiet bil-Franċiż u t-Tedesk. Miktub b’ritmu mgħaġġel, fejn kollox jintqal (jew jidher li qed jintqal) bla kanutnieri, il-ktieb ikompli jsaħħaħ il-fehma Ewropea dwar kif Trump hu bniedem irrazzjonali li għal raġunijiet irrazzjonali rnexxielu jikseb l-aqwa post ta’ tmexxija fid-dinja.

    Ktieb ieħor li fi Franza telaq ukoll biex jagħmel suċċess qawwi – għalkemm sa issa, ftit ġie nnotat barra – kien ta’ Jean-Marie Le Pen mil-lemin “estrem”, l-eks-mexxej tal-Front Nazzjonali. Fl-2002, ikkontesta l-elezzjoni presidenzjali Franċiża u wasal sat-tieni rawnd. F’“Iben in-Nazzjon”, Le Pen jirrakkonta ħajtu. Intqal kif l-ideat li jqanqal kienu jappellaw l-aktar lill-militanti leminin żgħażagħ tas-snin ħamsin fis-seklu l-ieħor.

    Hu xinhu, il-bejgħ ta dawn iż-żewġ kotba juri dejjem aktar kif żdied sew l-interess fil-lemin “estrem”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook