Noħorġu mill-ġungla

  • Fra 28, 2018 10:30
  • Miktub minn Charles Miceli

    Minkejja li hawn min isostni li ninsabu fl-aqwa żmien, personalment inħoss li f’ċerti setturi kważi għadna fil-ġungla. Fi kliem ieħor min hu l-aqwa jħawwel. 

    Sintendi fil-ġungla hemm min jaqbillu. Għax altru tkun iljun u altru tkun ferħ ta’ ċerva. Madanakollu naqra naqra bdejna nirrealizzaw li anke l-iljuni kultant jaqblilhom li jkun hemm ċerti regolarizzazzjoni.

    Għax by the way, anke fil-ġungla hemm ir-regoli. Anke jekk forsi ma nindunawx mill-ewwel bihom. Per eżempju n-natura tara li l-iljuni ma jiklux iċ-ċriev kollha, inkella anke l-iljuni jispiċċaw imutu bil-ġuh. 

    Mhix daqshekk negattiva

    Suppost ilna li t-triq taċ-ċivilizzazzjoni minn meta bdejna nibnu Ħaġar Qim u l-Imnajdra. Jekk mhux qabel. Biex tgħaqad fl-aħħar sittin sena jew aktar kellna l-edukazzjoni b’xejn għal kulħadd. 

    Imma filwaqt li żdiedu sew in-nies li jafu jiktbu u jaqraw, mingħajr ma nuri li jien xi bravu żżejjed, inħoss li mhux wisq huma dawk li jaqraw. Ħarsa lejn il-midja soċjali u l-kummenti fuq il-paġni tal-gazzetti elettroniċi tagħtik idea ċara ta’ liema sitwazzjoni qed ngħixu fiha.

    Imma l-istampa mhix daqshekk negattiva. Anzi. In-numru ta’ dawk li ma jridux ġungla donnu qed jiżdied.

    Koalizzjoni ta’ 17-il għaqda

    Is-Sibt li għadda, 24 ta’ Frar, ħadt gost nirrappreżenta lill-Alleanza kontra l-Faqar biex flimkien ma’ 16-il għaqda oħra tlabna li jkollna regolamentazzjoni fis-suq tal-kera.

    Din il-koalizzjoni qed isostni li bir-regolamentazzjoni jaqbillu kulħadd. Kemm is-sidien kif ukoll l-inkwilini. Kemm in-nies tan-negozju kif ukoll il-Maltin ta’ għada. Ma jistax ikun li minħabba r-rgħiba, mhux biss noqtlu l-wizza li tbid il-bajd tad-deheb, imma wkoll inkomplu nitfgħu numru dejjem akbar ta’ familji fil-limbu.

    Mhux se nidhol f’ħafna dettall għalkemm fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin żgur nikteb aktar dwar dan is-suggett. Għal-lum ngħid biss li r-regolamenti li qed tipproponi l-koalizzjoni ma ġewx ikkuppjati mill-Korea ta’ Fuq imma minn stati Ewropej.

    L-importanti li nħarsu lil hinn mill-ponta ta’ mneħirna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0