Aħna reliġjon waħda għandna

  • Fra 02, 2018 13:20
  • Miktub minn Charles Miceli

    Ma nixtiqx nidħol wisq f’każi tal-Qorti. Madankollu nixtieq nikkummenta fuq  dak li deher fl-aħbarijiet dan l-aħħar dwar il-każ tat-tfajla Sara Ezabe.

    Bir-raġun Sara ħassitha offiża bil-kumment li għadda ċertu Brandon Bartolo fuq il-paġna ta-Facebook tal-Għaqda Patrijotti Maltin. Brandon qal xi ħaġa fis-sens ta’ “tmur tieħdu f’għ*** kemm għandha… hawnhekk qegħdin pajjiżna… aħna reliġjon wieħed biss [għandna]….huma guests u jridu jimxu mal-liġijiet tagħna… jekk ma jogħġobhomx... f**k off back to your country”.

    Is-sabiħa hija li Sara, għal min ma jafx, hija Maltija daqsi u daqs Brandon. Jekk mhux aktar. Imma lanqas li kieku ma kinitx.

    Kostituzzjoni

    Imma hawnhekk xtaqt niffoka fuq il-kumment “aħna reliġjon wieħed biss [għandna]”. Nifhem li Brandon u kull min jaħsibha bħalu qed jirreferu għar-reliġjon Kattolika Appostolika Rumana.

    Sfortuntament l-idea ta’ Brandon, li għalija hija żbaljata għal kollox, għadha mnaqqxa fil-Kostituzzjoni. Insejt liema artiklu u l-kliem eżatt. Imma xi ħaġa fuq l-istess linji.

    Tajjeb li ngħidu li jekk fit-tibdil Kostituzzjonali li għandu jwassalna ghat-Tieni Repubblika jkun hemm emendi jew it-tneħħija ta’ dan l-artiklu, jidher li l-Knisja uffiċjalment (u nagħmel emfażi fuq il-kelma “uffiċjalment”) mhix se topponi. 

    Imħabba u Rispett

    Imma tgħid x’tgħid il-Kostituzzjoni, jien insostni li għandu jkollna reliġjon waħda. U waħda biss. L-imħabba u r-rispett. Jekk ir-reliġjon, hi liema hi, mhix se tkun mibnija fuq l-imħabba u r-rispett, allura bilfors li se tkun falza.

    Għax mhux biss Alla huwa mħabba, imma Ġesù qalilna ċar u tond “Qed nagħtikom kmandament ġdid, li tħobbu lil xulxin bħalma ħabbejtkom jien” (Ġwanni 13:34). 

    Dawk li jiftaħru li huma Kristjani, jiżbaljaw bil-kbir jekk fl-orgolju tagħhom li jiddefendu r-reliġjon Kattolika, jonqsu mill-imħabba u r-rispett. 

    Għalija sempliċi ħafna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0