Brexit u l-Maltin

  • Set 11, 2017 08:30
  • Miktub minn Alfred Sant

    Minkejja li sirna indipendenti politikament, neħħejna l-bażi militari Ingliża u dħalna membri sħaħ tal-Unjoni Ewropea, ir-rabtiet ta’ Malta mar-Renju Unit baqgħu qawwija. F’ċerti oqsma tqawwew. Dan seħħ mhux biss għax l-ilsien Ingliż baqa’ jippredomina fostna. 

    Jista’ jkun li biex jiġri hekk, għen il-fatt li r-Renju Unit kien ukoll membru tal-Unjoni Ewropea. Fil-ħtieġa li fl-Unjoni, nitrekknu qrib xi ħadd b’interessi jixtiebhu ma’ tagħna li għandu leħen aqwa, ir-Renju Unit seta’ joffri spalla utli ħafna f’diversi oqsma.

    Dan se jintilef bil-Brexit. Mhix ħaġa kbira jekk wara li jkun seħħ, ir-rabtiet mal-Gran Brittanja jeħfiefu. Ħaġa tajba, ħaġa ħażina? 

    Il-ġjografija tindika li l-aqwa kurrenti fir-relazzjonijiet tagħna ma’ barra għandhom ikunu mal-Italja u mal-Afrika ta’ Fuq. Fit-tieni każ, ir-rabtiet li wieħed kien jistenna jsib, ilhom maqtugħin sekli u m’hemm l-ebda raġuni għaliex għandhom jirxuxtaw dalwaqt. Mal-Italja, żammejna relazzjonijiet sostnuti, imma daqqa kienu qawwija, daqqa sfumati.

    Tabilħaqq, f’dinja diġitalizzata, il-fatti tal-ġeografija mhux bilfors jiddeterminaw min se jkun eqreb min.

    ***

    MILL-KOREA TAN-NORD

    Kim Jong Un mexxej irrazzjonali jew fil-konfront nukleari tiegħu ma-komunità dinjija, jinsab miexi bi pjan li jsegwi loġika “trasparenti”?

    Meta taqra l-midja u l-ispjegi ħerġin minn fonti kredibbli u serji fil-“Punent”, tasal għall-konklużjoni li jinsab immexxi minn paranoja awtoritarja totali. Kien minn sorsi Taljani u Russi li stajt nasal għal spjega alternattiva li tista’ tiftiehem mod ieħor.

    Din tfakkar fi x’ġara lil Saddam Hussejn u Gaddafi. It-tnejn fittxew mezzi kif jassiguraw id-dittatura tagħhom kontra l-isforzi mill-“Punent” biex jeqirduhom. Gaddafi, jintqal, telaq biex ikollu potenzjal nukleari, aċċetta li jieqaf, u kissruh. Hussejn lagħab il-logħba li miexi fl-istess linja meta ma kienx minnu, u kissruh. 

    Kim Jong Un irid li tassew ikollu l-mezz nukleari u lest iwasslu sal-aħħar, ħalli ħadd ma jista’ jkissru.

    ***

    KUNSILLI LOKALI

    Fl-oqsma tat-tindif u l-iskart, tal-permessi tal-bini, tat-traffiku, tas-sigurtà fost oħrajn, il-ħteġiet qed jitwessgħu dejjem aktar. 

    Il-kunsilli lokali ta’ spiss jidhru nieqsa mill-ħila biex jirregolawhom tajjeb. Mhux tort tagħhom imma għax is-soluzzjoni tal-problemi li jinqalgħu tintrabat ma’ esiġenzi li jmorru oltre l-kompetenzi tagħhom, bħal fi proġetti infrastrutturali tal-gvern ċentrali; taħsir ambjentali ġej minn inħawi li huma barra miż-żona lokali; u l-istess għal disturbi fit-traffiku.

    Hawn kunsens bħalissa fil-fehma li l-istituzzjoni tal-kunsilli lokali kienet utli għall-pajjiż. Imma forsi jeħtiġilha tiġi aġġornata għall-bidliet għaddejja fil-mod kif pajjiżna qed jiżviluppa? U jekk iva, kif taġġornaha? Billi ngħidu aħna, l-kunsilli lokali jsiru korpi li jaħdmu fuq firxa usa’, “reġjonali”? 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook