Festi u trasport

  • Set 01, 2017 09:40
  • Miktub minn Benny Borg Bonello

    Festi u trasport

    L-aħħar li ktibt semmejt il-festi.  Ktibt li ħasra li dawn ma jiġux żviluppati biex ngħollu l-livell tagħhom billi veru nagħmluhom okkażjonijiet kulturali.  Il-ġimgħa li għaddiet fil-fatt kien hemm okkażjoni li għalija kienet unika.  F’Ħaż-Żabbar il-ġimgħa li għaddiet il-każin ta’ San Mikiel organizza lejla sabiħa fil-pjazza ta’ quddiem il-każin.  Il-ħaġa li għamlitha unika kienet li l-pjazza kienet imżejna minn armar tat-toroq li jarmaw numru imdaqqas ta’ każini madwar Malta.  

    Fiha ħarġu l-ħiliet tad-dilettanti tal-festi.  Fiha ħarġu t-teżori kulturali li hemm moħbija fil-festi Maltin.  Fiha rajna ftit mill-aħjar armar madwar Malta.  

    Veru li ma kien hemm xejn li ntuża għall-ewwel darba.  Iżda din il-lejla ipprovdiet lil dawk li kienu hemm okkażjoni biex mingħajr strobju u briju setgħu jitfgħu l-attenzjoni tagħhom lejn ix-xogħol u l-opri li hemm fil-festi Maltin.  Fil-festi l-attenzjoni ġeneralment tmur lejn il-briju, iżda f’din il-lejla kulħadd kellu l-ħin biex jara fid-detall dawn l-opri.  

    Fil-fatt in-nuqqas ta’ briju ma tantx attira nies.  Hi ħasra għaliex filwaqt li l-briju jqajjem entużjażmu wirja bħal ma kienet din tqajjem il-kultura tal-festi Maltin.  Hi ħasra li dawk li jorganizzaw żjajjar fil-għaxijiet għat-turisti, jidher li lanqas ittendew din il-ġawhra ta’ okkażjoni li ġiet iċċelebrata.  

    Prosit lil-organizzaturi tal-każin San Mikiel u nittama li naraw aktar okkażjoniiet bħal dawn li joħorġu l-kultura tagħna ‘l bogħod mill-istorbju tal-festi tagħna.

    It-trasport

    Il-festi jfakkruni wkoll fil-problemi tat-traffiku li joħolqu speċjalment f’dawk il-lokalitajiet li jintużaw bħala passaġġ biex tilħaq postijiet oħra.  Parti minn dawn il-problemi hu n-nuqqas ta’ organizzazzjoni tat-traffiku għal dawn l-okkażjonijiet.  Li kieku qabel ma tidħol fir-raħal jew belt li fiha jkun hemm il-festa, ikun hemm avviżi biex jidderiġuk fi triqat oħra li minnhom tkun tista’ tgħaddi, li kieku parti sew mill-problema tissolva.

    Biss hemm problema akbar.  Dan hu ċ-ċokon ta’ pajjiżna u l-fatt li għadna ma bdejniex biex naraw l-impatt tal-iżvilupp fuq il-komunita’ in ġenerali.  Mhux talli hekk iżda meta kellna l-ewwel attentat biex ikollna n-naħa ta’ San Ġiljan żviluppat taħt pjan ħolistiku, ma nafx x’ma qalgħux.  Nemmen li din hi xi ħaġa li min qed jippjana biex jirranġa t-toroq ta’ Malta u Għawdex jagħti każha.  

    Iżda ħafna mit-toroq dawk li huma ser jibqgħu.  Li jfisser li l-maġġoranza ser jibqgħu żgħar u li mhux ser jifilħu t-traffiku li qed niġġeneraw.  

    Personalment nemmen li l-ebda pjan, tajjeb kemm hu tajjeb, ma jista’ jsolvi l-problemi ta’ trasport jekk in-nies mhux lesti li jibdlu ċerti drawwiet.  Fost dawn insibu li ma jistax ikun li l-karozza twasslek sa quddiem il-bieb fejn trid tmur u hemm issib parking qed jistennik.  Biss sfortunatament hekk jistennew ħafna Maltin.  Ħolma li qatt ma tista’ tintlaħaq.  Lanqas fi bliet li jagħmlu għaxar darbiet daqs Malta kollha ma kienet possibbli u wisq anqas ser issir realta’ Malta.   

    Jekk irridu li nnaqsu l-problema tat-traffiku, irridu nbiddlu sew l-imġiba tagħna u anki ndaħħlu metodi oħra bħal car sharing u car pooling.  Fuq car pooling naf li hemm website li toffri dan is-servizz li s’issa jkopri sew trasport għall-iskejjel u l-Universita’.  Jidher li dan is-servizz ser ikun imkabbar biex jinkludi wkoll trasport għax-xogħol.  Fuq car sharing, it-Transport Authority is-sena li għaddiet ħarġet sejħa biex xi kumpanija tingħażel biex dan is-servizz jibda jingħata wkoll f’Malta.  

    Dawn iż-żewġ servizzi bħal servizzi oħra, ikunu liema jkunu, ma jaħdmux jekk ma nibdlux l-imġiba tagħna.  

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook