Oppożizzjoni

  • Aww 31, 2017 16:05
  • Miktub minn Charles Miceli

    Ingħad ħafna diskors dwar l-istat li jinsab fih il-Partit Nazzjonalista. għalija stat tal-biki. U ma neħodhiex bi kbira li fil-jiem li ġejjin l-affarijiet imorru għall-agħar.

    Ħafna iżda jħossu li din mhijiex problema tagħhom. U l-maġġoranza, maqbuda kif inhi biex tlaħħaq mal-ħajja ta’ kuljum, tisma’ l-aħbarijiet u tibqa’ għaddejja b’xogħolha.

    Madankollu hemm dawk li qed jitħassbu. Jibzgħu li jekk fil-pajjiż ma jkunx hawn oppożizzjoni b’saħħitha, allura l-gvern tal-ġurnata jirrombla fuq kulħadd.

    Demokrazija

    Dawn it-talin jemmnu li mingħajr partit (jew partiti) b’saħħithom fl-oppozizzjoni, id-demokrazija se tkun mhedda. 

    Imma qabel naqbel jew ma naqbilx magħhom, tajjeb naraw ftit x’inhi din id-demokrazija. 

    Kelma sabiħa u donnu kulħadd li hi l-aħjar sistema. Imma ta’ min jistaqsi kemm aħna demokratiċi? Min qed jieħu d-deċiżjonijiet? X’saħħa fir-realtà għandha l-oppożizzjoni?

    U jekk b’demokrazija nifhmu li jmexxi l-poplu, ma tridx tkun għaref wisq biex tinduna li l-unika saħħa li għandna jien u int hija dik ta’ vot darba kull hames snin.

    Firxa tal-poter

    Hawn min isostni li għalkemm din is-sistema mhijiex perfetta, s’issa l-bnedmin għadhom ma sabux waħda aħjar minnha. Veru. Imma. għax dejjem hemm l-imma.

    Possibbli ntejbuha? Kif se nagħmlu biex id-deciżjonijiet li jistgħu jittieħdu isfel ma jittiħdux fuq? 

    Is-sistema tal-kunsilli lokali suppost kellha dan l-għan. Imma bir-rispett kollu għax-xogħol li jagħmlu hafna kunsilliera, il-kunsilli aktar għandhom ix-xeħta ta’ dipartiment tal-gvern milli ħaga oħra. L-aktar l-aktar mal-ġbir tal-iskart u l-ħlas taċ-ċitazzjonijiet, ‘l hawn u ‘l hinn jorganizzaw Jum iċ-Ċikkulata jew Jum il-Larinġ.

    Hemm bżonn li l-kunsilli jitolbu aktar saħħa u aktar awtonima. 

    Hemm bżonn li organizazzjonijiet mhux governattivi jkunu aktar proattivi.

    U fuq kollox, jien u int, iċ-ċittadini komuni, irridu nieħdu sehem aktar attiv fil-politika fil-vera sens tal-kelma tagħha, it-tmexxija tal-ħajja tagħna ta’ kuljum.

    Hekk jista’ jkun hemm oppożizzjoni vera għall-establishment, li wara kollox hu għandu l-poter f’idejh.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0