Addiction

  • Aww 16, 2017 14:00
  • Miktub minn Charles Miceli

    Minkejja li llum suppost qed ingawdi l-pensjoni, moħħi għadu jħammem. L-istess kif kien iħammem fil-bidu tas-snin disgħin meta qtajtha li mmur nahdem mal-Caritas fis-settur tar-rijabilitazzjoni. Aktar minn kwart ta’ seklu wara, għadni nistaqsi. X’rijabilitazzjoni? Xi droga? Għala l-addictions? Hemm alternattiva? Mistoqsijiet u aktar mistoqsijiet. Mistoqsijiet li ghalihom tista’ ssib elf tweġiba. Imma aktar minn tweġiba għandna bżonn alternattiva. Stil ta’ ħajja differenti.

    Definizzjoni

    Forsi tajjeb qabel inkompli nipprova nagħti definizzjoni ta’ xi tkun din l-addiction. Naf li nista’ nkun qed nirrepeti imma naħseb tajjeb li nfakkru x’nifhmu eżatt b’ċerti kliem. Addiction hija kundizzjoni li tirriżulta meta persuna tuża ċerti sustanzi bħal alkoħol, eroina, nikotina, eċċ., jew tagħmel ċerti attività bħal sess, xiri, logħob tal-azzard, eċċ. 

    Dawn jistgħu jagħtu pjaċir imma meta ripetuti jsiru kompulsivi u jistgħu jinterferixxu mas-saħħa tagħna, max-xogħol, mar-relazzjonijiet, eċċ.

    Għaliex?

    Għall-ewwel kont naħseb li darba bniedem jiġi vvizzjat diffiċli joħroġ mill-vizzju għax il-ġisem ikun irid dik is-sustanza jew il-pjaċir li jagħtuh ċerti attivitajiet.

    Imma mbagħad tirrealizza li persuna mhux dejjem issibha daqshekk diffiċli biex taqleb minn sustanza għall-oħra jew minn sustanza għal ċerti attivitajiet bħal-logħob tal-azzard, sess, internet, eċċ.

    Aktar ma naħseb u aktar ma naqra aktar nirrealizza li fil-maġġoranza assoluta kważi qed nippruvaw naħarbu. 

    Tgħidli minn xiex? Jien naħseb li qed nippruvaw naħarbu mill-istress. Stress li s-soċjetà donnha saret kalamita ghalih.

    Bla stress

    Mhux l-għan tiegħi li noqgħod ngħid mnejn jiġi l-istress. Jekk naħsbu ftit mill-ewwel nindunaw. Qed ninqabdu f’tellieqa li ma tispiċċa qatt.

    Irridu nibdew nibnu mudelli ta’ stili ta’ ħajja bla stress żejjed. Mhux faċli. Imma rridu nippruvaw infittxu l-ferħ flok il-pjaċir. L-ispiritwalità flok il-materjal. L-imħabba flok il-flus. Naraw x’nistgħu nagħtu minflok x’se naħtfu. Nitgħallmu nħobbu lilna nfusna u nħobbu lill-oħrajn. Bla kundizzjonijiet.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook