SMS u A+

  • Aww 16, 2017 10:40
  • Miktub minn Chris Fearne

    Sajf jaħraq

    Huwa sajf jaħraq fuq ħafna aspetti. Fl-aħħar jiem esperjenzajna sensiela ta inċidenti li ħallew diversi vittmi fit-toroq tagħna. Qatt m’hu biżżejjed l-appelli li nagħmlu għal prudenza fit-toroq tagħna. Iżda llum nixtieq ukoll nagħti r-ringrazzjament f’isem il-poplu kollu lil d-Dipartiment tal-Emerġenza u l-ħaddiema kollha fl-isptar Mater Dei.

    F’dan is-sajf qalil mhux biss ikkumbattu ma’ żieda ta’ pazjenti kawża tas-sħana, iżda wkoll ma volum akbar ta’ xogħol kawża tal-inċidenti kollha li seħħew madwarna. Grazzi tad-dedikazzjoni tagħkhom

    A+ 

    Bħal meta tkun student dik l-A+ hija xi ħaġa imprezzabbli. Hija frott il-ħidma kollha li tkun għamilt, is-sagrifiċċji kollha li taw il-frott. L-istess hija l-A+ li tat l-Aġenzija Fitch lil Malta, hija r-rikonoxximent ta’ dawn l-erba’ snin ħidma ma taqta’ xejn li għamel Gvern Laburista. 

    Din kienet l-ewwel darba f’għaxar snin li Fitch Ratings tat upgrade lil pajjiżna. Dan wara li s-sena li għaddiet, l-analisti ta’ Fitch Ratings kienu tejbu l-outlook għar-rating ta’ pajjiżna minn “stable” ghal “positive”. Xi tfisser l-A+? Titjib sostanzjali fil-finanzi pubbliċi u fl-operat ta’ ażjendi statali.

    Fitch jattribwixxu l-upgrade fir-rating għal governanza b’saħħitha li qed juri dan il-Gvern. Dan mistenni jwassal għal aktar interess f’pajjiżna minn investituri barranin u b’hekk għal ekonomija aktar b’saħħita għall-gid tal-familji u n-negozji ta’ pajjiżna.

    U dan jippermettilna nwasslu aktar ġid fejn hemm bżonn: housing socjali; aktar flus fil-but tal-pensjonanti u aktar mediċini tal-kanċer mingħand l-istat.

    SMS

    Fl-aħħar jiem fil-qasam tas-saħħa ħabbarna żewġ servizzi ġodda. Waħda minnhom hi SMS li jintbgħat lil dawk li għandhom appuntament fl-Out Patients biex ifakkarhom fl-appuntament tagħhom. L-SMS qegħdin jintbagħtu għaxart ijiem qabel u ieħor jumejn qabel l-appuntament. 

    Din is-sistema qegħdin nagħmluha biex aktar persuni ma jitilfux l-appuntament tagħhom għax jinsewh. Fl-istess ħin dawk li għal xi raġuni ma jkunux se jattendu jkollhom il-possibilta li jinfurmaw lil Mater Dei.

    Din hija biss waħda mill-pjani tagħna biex innaqqsu l-lista ta’ stennija għall-appuntamenti fl-Out Patients. Il-ħinijiet fl-Out patients qegħdin kullma jmur jiżdiedu u dan bi ftheim mal-MAM fejn il-kliniċi qegħdin jiftħu anke filghaxijiet u fil-weekends. 

    Riċetti

    Ħafna mill-proġetti li nħabbru jiswew ħafna flus, eluf u miljuni. Iżda imbagħad hemm affarijiet oħra li ma jiswew assolutament xejn bħal dak li ħabbarna l-ġimgħa li għaddiet. Riċetti għall-mediċini fuq il-kartuna s-safra għal sitt xhur minflok kull xahrejn. 

    Xi ħaġa żgħira iżda li se tfisser ferm inqas skariċċ għal pazjenti tagħna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook