Qsim il-qalb

  • Aww 01, 2017 20:00
  • Miktub minn Charles Miceli

    L-istorja ta’ Frank Schembri hija storja ta’ qsim il-qalb. Mhu se nikxef l-ebda sigrieti u mhu se nikser ebda kunfidenzjalità. Se nirrepeti xi qrajt fil-gazzetti.

    Frank huwa żagħżugħ ta’ 22 sena. Trabba f’istitut u huwa homeless. Illum għandu saqaf fuq rasu għax qiegħed il-ħabs.

    S’issa għadu ma nstabx ħati imma hu akkużat b’erba’ serqiet. U l-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera ma tatux il-libertà proviżorja għax m’għandux indirizz fiss. 

    Frank għandu problema bid-droga u jixtieq ikompli programm ta’ rijabilitazzjoni li beda mal-Caritas.

    Iqabbżulek demgħa

    Ma nixtiqx nitkellmu fuq dan il-każ speċifiku. Imma fis-snin li ħdimt mal-Caritas ilqtajt ma’ numru ta’ każi simili. Każi li anke jekk ikollok qalbek taż-żonqor, jemozzjonawk u jqabbżulek demgħa.

    Il-ħajja għal ċerti nies hija iebsa. Veru li tista’ tgħid hija iebsa għal kulħadd, imma għal xi wħud aktar minn oħrajn. Żgħażagħ li taħseb li ma jonqoshom xejn imma kif turi li lest tismagħhom, jirrakkontawlek ġrajjiet ma jitwemmnux.

    U mingħajr ma nagħti tort lil ħadd, hemm numru konsiderevoli ta’ żgħażagħ bħal Frank li jaqgħu mix-xibka ta’ wens li suppost tipprovdi s-soċjetà. Sfortuntament nisimgħu bihom biss meta jiksru difrejhom mal-liġi.

    X’nistgħu nagħmlu?

    Naf li qatt ma jista’ jkollna soluzzjoni għal kollox. U naf ukoll li dejjem se jkun hemm każi li ma nilħquhomx jew meta nilħquhom ikun diġà naqra tard. Biex ma ngħidx tard wisq.

    Imma nemmen li waħda mill-akbar problemi hija t-tfarrik tal-komunità. Ħloqna sistema mibnija fuq l-individwaliżmu u armejna t-tarbija mal-ilma maħmuġ.

    Forsi tajjeb li nibdew nitkellmu fuq community building. Nemmen li jkun tajjeb jekk l-Onorevoli Silvio Parnis jibda jaħseb dwar kif il-Kunsilli Lokali se jidħlu aktar fis-settur soċjali b’fokus speċjali fuq persuni weħidhom u vulnerabbli.

    Mhux faċli. Imma mhux impossibbli. L-Onorevoli Ivan Bartolo meta kien Sindku tal-Mosta kien beda proġett simili. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0