Kontroll

  • Lul 28, 2017 15:42
  • Miktub minn Charles Miceli

    Kontroll

    Il-kelma kontroll ma tantx iddoqq sabiħ. U twerwer ħafna nies. U ma ttihomx tort sa barra. L-aktar dawk li nqarsu minn ċerti kontrolli tal-passat. 

    Madankollu l-istess nies li jaqbżu bil-biża’ kif jisimgħu l-kelma kontroll, mhux l-ewwel darba tismagħhom igergru li spiċċajna fi stat anarkiku u kulħadd jagħmel li jrid. Daqqa fuq ħaga u daqqa fuq oħra.

    Imma l-punt li rrid nagħmel hawn mhux li niskredita lil min jgħid li ma jemminx fil-kontroll. Il-punt huwa jekk għandux ikun hemm kontroll jew le, l-aktar fuq affarijiet essenzjali bħall-ikel u l-kirjiet.

    Problema kbira

    Nibqa’ ffukat fuq il-kera. Fuq l-ikel nitkellem darba oħra. Jidher li waħda mill-akbar problemi li għandna bħalissa la hija l-legalizzazzjoni tal-kannabis u lanqas iż-żwieg bejn persuni tal-istess sess.

    Jista’ jkun li din hija perspettiva tiegħi minħabba ċ-ċrieki li nħuf fihom, imma ngħid għalija l-akbar problema hija l-kera. 

    Nies li sal-bieraħtlula kienu jaffordjaw li jgħixu ħajja diċenti b’paga ta’ naqra aktar minn dik minima, illum qed isibuha impossibbli li jkampaw.

    Naf min kellu jitlaq mill-post fejn kien joqgħod għax ma felaħx iħallas iż-żieda fil-kera. Min spiċċa ma’ ommu allavolja ilu li qabeż l-40 sena u min spiċċa f’garaxx.

    Regolarizzazzjoni

    Forsi tajjeb jekk flok kontroll nuza regolarizzazzjoni. Għax ma tinstemax daqshekk negattiva. Imma la darba s-suq qed joħloq ħafna problemi, l-aktar ghall-faxxa t’isfel tas-soċjetà, naħseb xi ħaga trid issir.

    Naf li bħalissa l-Gvern qed jistudja s-sitwazzjoni u huwa konxju mid-diffuktajiet li qed jinħolqu. Imma nemmen li min qed ibati ma jiflahx joqgħod jistenna s-snin.

    Tajjeb ukoll li min hu midħla tas-suġġett joħrog bi proposti konkreti mhux noqoħdu ngergru biss. 

    L-aktar idea plawsibbli li smajt s’issa kienet li kull kirja ġdida trid tkun irregolata b’kuntratt.

    Dan il-kuntratt irid ikun talanqas ta’ numru ta’ snin, ngħidu aħna erbgħa jew ħamsa, u matulu l-kera ma tistax togħla aktar mill-għoli tal-ħajja.

    X’taħseb? Għandek xi suġġeriment?

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0