Deċiżjoni personali?

  • Lul 20, 2017 16:07
  • Miktub minn Charles Miceli

    Deċiżjoni personali?

    Interessanti dak li kellu xi jgħid id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne dwar il-legalizzazzjoni tal-cannabis. Ftit sentenzi li donnhom werwru ħafna nies.

    Meta ġie intervistat fuq “Times Talk”, Chris Fearne qal mill-ewwel li bħala tabib jgħid li l-marihuana jekk tpejjipha tagħmillek il-ħsara. 

    “Bhalma jagħmillek il-hsara jekk tpejjep is-sigarretti, bhalma jagħmillek il-hsara jekk tixrob xorb eccessiv, bhalma jagħmlilna l-hsara li nahdmu sigħat twal”, spjega Dr Fearne.

    “Imma jekk naħdimx jew le hija deċiżjoni li neħodha jien, jekk inpejjipx jew le hija deċiżjoni li neħodha jien, u jekk nixrobx jew le hija deċiżjoni li neħodha jien.

    “Jiena naħseb li l-gvern irid joqgħod ’il bogħod mid-deċiżjonijiet personali tan-nies. 

    “Jigifieri jiena nemmen li xogħolna hu li ninfurmaw u nispjegaw bl-aktar mod car x’inhi l-ħsara u l-benefiċċji, jekk hemm, li tagħmel il-marihuana, imma d-deċiżjoni trid tkun id-deċiżjoni personali”, qal id-Deputat Prim Ministru.

    Huwa għamilha ċara wkoll illi wieħed jittraffika u jagħmel il-flus b’mod illegali huwa ħazin. 

    TERREMOT

    Id-diskors tad-Deputat Prim Ministru qajjem terremot. Ħafna xxukkjaw ruhhom li dan id-diskors mhux biss ġej minn politiku imma anke minn tabib. 

    Mhux se nidħol fil-kummenti li saru għax ma nispicca qatt jekk nipprova nweġibhom wieħed wieħed. 

    Ngħid biss li ħafna minnhom għalija ma jagħmlux sens u bosta minn dawk li kkummentaw ma kellhomx idea dwar xiex qed jitkellmu.

    Bħal per eżempju l-ħrafa li l-ħaxixa twassal għal drogi oħra, teorija li hemm għadd ta’ studji li juru li mhijiex minnha.

    DEĊIŻA?

    Nixtieq hawnhekk nitkellem biss dwar punt wieħed. Li la darba d-Deputat Prim Ministru tkellem kif tkellem, allura l-Gvern diġa’ deċiż li se jillegisla favur il-legalizzazzjoni tal-cannabis.

    U la darba huwa deċiż, id-dibattitu nazzjonali dwar dan is-suġġett imwiegħed fil-Manifest Elettorali mhu xejn għajr paraventu.

    Fl-opinjoni tiegħi kull politiku għandu d-dritt, anzi d-dmir, juri fehmtu. Inkluz Chris Fearne. Anke jekk il-fehma tiegħu fiha ċerta piż għax mhux biss huwa Deputat Prim Ministru imma wkoll Ministru tas-Saħħa u tabib.

    U f’suġġetti delikati bħal dawn, tajjeb li kulħadd jipprova jifforma opinjoni infurmata. Bil-vantaġġi u l-iżvantaġġi.

    Nagħmilha ċara li jiddeċiedi x’jiddeċiedi l-gvern, f’każi bħal dawn l-għazla għandha tkun dejjem f’idejn l-individwu. Jien nagħzel li ma npejjipx u ma nixrobx.

    Imma b’liema dritt niddeċiedi għalik? 

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0