Mhux soluzzjoni

  • Apr 26, 2017 13:15
  • Miktub minn Charles Miceli

     

    Waħda mill-biżgħat kbar tal-genituri hija li uliedhom xi darba jmissu d-droga. Fis-snin li għamilt naħdem f’dan il-qasam ma nafx kemm-il omm u missier rajt bid-dmugħ f’għajnejhom u qalbhom maqsuma.

    Dak il-ħin żgur mhux il-waqt li toqgħod tiffilosofizza. Il-ħsibijiet li s-soċjetà kollha hija vvizzjata b’tip ta’ droga jew oħra aħjar iżżommhom għalik. 

    għalkemm taf li l-flus u l-poter, il-karririżmu u l-konsumeriżmu, huma ħżiena daqs il-ħaxixa, jekk mhux agħar, tirrealizza li huwa l-waqt tal-empatija. Il-waqt li tagħmel il-kuraġġ lil dik li tkun u tipprova tnissel it-tama għall-ġejjieni.

    Għalija, li jien bniedem sensittiv, kienu snin diffiċli. Imma snin mimlija sodisfazzjon u li matulhom tgħallimt ħafna.

    Tagħlima

    Tul dawn is-snin waħda mill-aktar tagħlimiet importanti kienet li l-ħabs mhux soluzzjoni. Li żżomm persuna msakkra wara l-ħadid għal xhur jew snin ma tkun qed tieħu xejn.

    Anzi, ħafna drabi tagħmel aktar ħsara. 

    Jien diġà ma kontx nemmen fil-kastig. Min jiżbalja jrid jigi mgħejjun jasal biex jifhem l-azzjonijiet tiegħu. U min għandu r-responsabbiltà li jgħin irid jirrealiza għala l-persuna żbaljat. 

    Alternattivi

    U żgur mhux facli. L-eħfef ħaga hija li titfa’ lill-persuna wara l-ħadid u tittama, kif jgħid il-Malti, li bogħod mill-għajn, bogħod mill-qalb.

    Għoxrin sena ilu dawn kienu ħsibijiet radikali. U probabbli jien, Peppi Azzopardi u xi tnejn oħra biss konna naħsbu hekk. Illum ir-rota qed iddur sew. 

    Għalhekk ħadt gost naqra li l-Ministru tal-Intern Carmelo Abela qal li għandu jigi nkoraġġit l-użu ta’ alternattivi għall-priġunerija għal dawk bi problema ta’ droga.

    Jien mhux biss naqbel b’ruħi u b’ġismi, iżda nżid li l-użu ta’ alternattivi għall-priġunerija għandu jkun għal kulħadd.

     

     

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0