X’ĦIN HU?

  • Nov 10, 2016 10:00
  • Miktub minn Alfred Sant

    Għaddejja bħal speċi ta’ kontroversja fost uħud fl-Ewropa dwar l-utilità tas-sistema li biha għax-xitwa, inressqu l-arloġġ lura. B’hekk is-sebħ jiġi “kmieni” u l-istess l-għabex. Ikollna filgħodu bi żmien itwal ta’ dawl, u l-filgħaxija mdallam aktar.

    L-argument kontra hu li l-ġurnata “tinħela” malajr wisq fix-xitwa bil-bidla fis-sigħat. Filfatt it-Turkija neħħietha. Imma l-firxa ġeografika tagħha hi differenti minn tal-bqija tal-Ewropa.

    Is-sistema preżenti taħdem favur dawk li jibdew il-ġurnata “kmieni”. M’inix wieħed minnhom.

    Biss fosthom u bil-kbir, hemm it-tfal tal-iskola. Naħseb li jagħmel ħafna sens li jekk it-tfal ikollhom iqumu kmieni, jagħmlu dan mhux fid-dlam, imma f’sebħ li qed jikkarga. Xejn mhi sabiħa d-dehra ta’ tfal ta’ sitt snin jew ftit aktar, jistennew fid-dlam għall-minibus li se teħodhom l-iskola.

    Veru li min filgħaxija se joħroġ mix-xogħol f’fabrika jew uffiċċju, se jiltaqa’ mal-lejl. Madankollu...

    ***

    IPPJANAR

    L-argumenti li qamu dwar il-“pjan” għal Paceville mhumiex nieqsa mill-komiċità. Tajjeb jew ħażin, naħseb li hemm ħaġa waħda ċerta dwar il-pjan: li mhux se jitwettaq.

    Mhux neċessarjament għax fil-fatt il-pjan qed jipproponi miżuri eżaġerati u suspettużi fl-intenzjoni tagħhom. Sempliċement, għax hu pjan.

    Jekk hemm xi ħaġa li f’pajjiżna tmur kontra l-kultura ta’ kif naħsbu dwar id-deċiżjonijiet u kif inwettquhom, din hi li l-biċċa trid tkun ippjanata. Sempliċement, metodu bħal dan ma jaħdimx, għax anke meta pjan ikun fid-deher aċċettat mnn kulħadd, malajr fit-twettiq tiegħu iqumu elf talba għal din jew dik l-eċċezzjoni. Li jingħataw widen.

    Anke jekk fuq il-karta jibqa’ għaddej, fir-realtà l-pjan ikun ilu li ndifen.

    ***

    DEVOLUZZJONI

    Fid-diskors tal-baġit għas-sena 2017, reġgħet tqanqlet l-idea ta’ xi forma ta’ tmexxija reġjonali għal Għawdex. Talanqas hekk tiftiehem ir-referenza għal “devoluzzjoni” ta’ ċerti materji fir-rigward ta’ kif isiru l-affarijiet hemm.

    Jien ili s-snin nemmen li xi forma ta’ tmexxija reġjonali għal Għawdex – lil hinn mill-kunċett ta’ Ministeru għal Għawdex, li assolutament mhux l-istess ħaġa – tkun ta’ ġid. Nammetti li kif, u sa fejn, titwettaq tmexxija hekk, hi kwistjoni delikata. Mhux lakemm taqtagħha bid-dritt. Minkejja ċ-ċokon tal-qagħda tagħna lkoll, Maltin u Għawdxin, id-diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu u li trid taħseb minn qabel għalihom mhumiex żgħar.

    Fosthom insibu l-possibiltà li kif jiġri ta’ spiss, b’mod ħajjen, jitilqu s-sabotaġġi partiġġjani li javvelenaw kollox.

    Biex tirnexxi, d-“devoluzzjoni” f’Għawdex trid titwettaq skont proċeduri trasparenti. Trid tinvolvi bil-kbir lis-soċjetà ċivili, mhux l-anqas liż-żgħażagħ. Trid titfassal skont kriterji li ma jistgħux jintużaw biex it-tmexxija “reġjonali” tispiċċa għodda li tikkontesta l-politika tal-gvern nazzjonali. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0