ĊENTRALI?

  • Ott 27, 2016 11:14
  • Miktub minn

    Naħseb li vera saret realtà li l-baġit tal-gvern m’għadux jitqies bħala ċentrali għall-ħajja politika tal-pajjiz. Din kienet mira li l-gvern ta’ Fenech Adami kien issettja xi snin ilu. Biss jeżistu wkoll fatturi oħra li wasslu biex dil-ħaġa tiġri.

    Is-sħubija fl-Unjoni Ewropea naqqset bil-kbir il-marġini li fihom il-finanzi tal-gvern jistgħu jitħaddmu biex jibdlu l-klima ekonomika. Sadattant, is-sehem dirett tal-gvern innifsu fl-andament ekonomiku naqas, mhux biss għax id-daqs tiegħu ma baqax jikber bħal qabel, imam wkoll għax l-ekonomija kollha spiċċat ippernjata bil-qawwi fuq is-servizzi. Aktar minn hekk, il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ u taċ-ċaqliq tal-kapital wasslet biex ħafna mid-deċizjonijiet tal-baġit ftit isibu riflessjoni ta’ malajr fl-andament ekonomiku.

    Forsi l-eċċezzjoni għal dan kollu jinsab fl-impjiegi tal-gvern, kif jizdiedu u kif jonqsu. Forsi: imam daċ-ċaqliq ftit li xejn jitħabbar fi zmien il-baġit. Hu determinat minn deċizjonijiet li mhumiex “ta’ darba” imma jseħħu f’zidietjew – aktar rari – tnaqqis li jsiru bin-nifs, matul is-sena, ta’ spiss għal raġunijiet “politiċi”.


    ***

    DIVERĠENZI

    Id-diverġenzi li donnhom dejjem jizdiedu bejn il-pajjizi membri tal-Unjoni Ewropea mhumiex politiċi biss.

    Huma wkoll ekonomiċi, għalkemm fl-aħħar mill-aħħar l-ekonomiku jispiċċa jxaqleb għal ġol-politiku. L-aħħar ezempju ta’ dan tahulna l-Prim Ministru Renzi meta għamilha ċara li mhux se jħalli lill-Kummissjoni Ewropea tindaħallu f’kif ifassal il-baġit tal-gvern tiegħu. Wara kollox, il-Kummissjoni baqgħet tħalli lill-Ġermanja, skont hu, tmur kontra r-regoli taz-zona tal-ewro u tibqa’ ttella’ bilanċi u rizervi kbar fil-kummerċ internazzjonali u fil-finanzi publiċi tagħha.

    Qed titqawwa d-diverġenza ekonomika bejn iċ-ċentru jew in-nord tal-Ewropa u s-sud. L-istess qed jiġri mal-pajjizi “tal-lvant”, tal-Visegrad.

    Hemm firda kbira wisq bejn il-kondizzjonijiet ekonomiċi u soċjali tar-reġjunijiet differenti. X’aktarx li t-tħaddim tal-istess regoli ta’ tmexxija għall-inħawi Ewropej kollha, skont il-Patt għall-Istabbiltà u t-Tkabbir qed iservi biex isaħħaħ dil-firda, minflok inaqqasha.

    ***

    FLEXBEKK

    Qrajt u smajt argumenti legali dwar kif il-mod li bih se jiġu “dixxiplinati” membri tal-ġudikatura, anki wara l-aħħar bidliet fil-liġi relattiva, jmorru kontra l-prinċipji tat-trasparenza u tal-ġustizzja “naturali”. Ma stajtx nieqaf nitbissem jien u naqrahom. Bħal fi flexbekk, fakkruni x’ġara snin ilu meta l-gvern Nazzjonalista tella’ lill-Imħallef Depasquale quddiem il-Parlament. Ried li b’vot ineħħih mill-ħatra għax ma kienx baqa’ jattendi fil-qrati.

    Jien kont argumentajt li indipendentement mill-validità tal-allegazzjonijiet kontra l-Imħallef, il-proċedura li biha tressaq quddiem il-Parlament kienet ivvizzjata. L-istess nies kienu qed jagħmluha ta’ prosekuzzjoni, ġurija u imħallef dwar il-kaz. Kont ġejt akkuzat li qed inkun negattiv, għax basta ngħid le. Sa fejn nista’ niftakar, ħadd ma qam jitkellem bħali.

    Iz-zminijiet jinbidlu. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0