FARSA?

  • Ott 24, 2016 08:00
  • Miktub minn Alfred Sant

    Wieħed ma jistax jingħata tort jekk jispiċċa jikkonkludi li l-ftehim dwar kummerċ u investimenti bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada nqabad f’intriċċi kważi farseski. Wara li s-soċjalisti Ġermaniżi vvotaw favur il-firma tal-ftehim, il-pajjiżi membri tal-Unjoni ħasbu li waslu għal qbil bejniethom ħalli jiffirmaw. 

    Il-Gvern Belġjan ukoll kien favur. Imbagħad qam il-Parlament Reġjonali tal-Wallonia u vvota kontra. Fil-Belġju, il-parlamenti reġjonali għandhom leħen fid-deċiżjonijiet dwar ftehim kummerċjali internazzjonali.

    L-akbar dwejjaq tal-Walloni rrigwarda l-arranġamenti fil-ftehim dwar kif jinħallu lmenti ta’ kumpaniji kontra gvernijiet li jibdlu l-liġijiet u b’hekk joħolqulhom danni. Wara ħafna diskussjonijiet, l-istati membri mingħalihom sabu kompromess dwar hekk li kellu jgħodd għall-Kanada. Daħħluh fi stqarrija bil-miktub bħala parti mill-ftehim. 

    Il-Parlament tal-Wallonia baqa’ mhux sodisfatt.

    Il-biċċa hi ferm imbarazzanti għax l-istess problema ... u b’qawwa wisq ikbar ... qamet fil-ftehim li l-Unjoni qed tinnegozja, it-TTIP, mal-Istati Uniti.

    ****

    ECONOMIC SURVEY

    Mad-dokumenti tal-baġit kull sena joħroġ ktieb informattiv b’rapport dwar il-qagħda tal-ekonomija Maltija matul id-disa’ xhur tas-sena kurrenti. Ikun fih informazzjoni interessanti, għalkemm partijiet sostanzjali minnha jkunu diġà ġew ippubblikati.

    Imma l-aqwa kritika li tista’ ssir tas-Survey, inkluż ta’ din is-sena, hi li baqa’ formulajku wisq: Sena wara l-oħra, żamm l-istess forma, kważi l-istess diskors. Sempliċiment jibdel in-numri tal-kategoriji ekonomiċi li jitkellem dwarhom, skont ir-riżultati li joħorġu mill-uffiċċju tal-istatistika.

    Hi forma li ilha għaddejja bl-istess mod għal mill-anqas 30 sena. Bla wisq bidliet. Pereżempju, l-Economic Survey idum għaddej fuq il-manifattura u fuq il-biedja u s-sajd, imma meta jiġi biex jitkellem dwar is-servizzi finanzjarji jew l-e-gaming, ftit li xejn għandu xi jgħid. Anzi dis-sena l-Economic Survey fettillu jitkellem dwar xinhuma jagħmlu l-aġenziji li jirregolaw dawn is-setturi.

    Issa dil-ħidma ma għandha xejn x’taqsam mal-attwalità ta’ kif is-setturi konċernati qed ifornu ħidmiethom. Illum din tlaħħaq bejn it-tnejn mal-kwart tal-ekonomija Maltija.

    Allajbierek, is-Survey ma għandu xejn xi jgħid dwar hekk.   

    ****

    JEFFREY SACHS

    L-ekonomista Amerikan Jeffrey Sachs ta diskors quddiem il-grupp ta’ parlamentari Ewropej tas-soċjalisti u d-demokratiċi.

    Kont smajt b’Sachs, imma ftit kont naf dwaru. Impressjonani ħafna.

    Dehret ovvja li wħud mill-formoli li uża biex ifisser ħsibijietu kienu qishom slogans li ressaqhom “'il quddiem” għax hekk kien mistenni minnu. Imma le, il-mod kif tkellem kien radikali bit-ton ta’ wieħed konvint dwar l-iżbalji li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti qed jagħmlu fil-konfronti mal-globalizzazzjoni u mal-isfidi interni u esterni li qed iqumu (Russja, Brexit, populiżmu, immigrazzjoni, klima).

    Ikolli ngħid li ħassejtni qrib l-ideat tiegħu aktar minn ta’ ħafna minn sħabi fil-grupp tas-soċjalisti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 5

  •  
    Ray Borg
    Ott 25, 2016

    Onorevoli. Ma nistax nifehm ghaliex il prim ministru ta Malta Joseph Muscat ( komment li ghamel) kein daqshekk idispjacut li it trattat CETA ma jistax jigi iffirmat. Tkompli .. Ray Borg

    Irrispondi
  •  
    Ray Borg
    Ott 25, 2016

    Tkompli Jien bhal attivista tal SPD fil Germanja ma nahsibx li CETA jew ghar TTIP ser igieb risq ghal ekonomija tal EU u iktar u iktar ta Malta. Min qieghed jghati Parriri dwar dawn it trattati lill Gvern Malti? Tkompli

    Irrispondi
  •  
    Ray Borg
    Ott 25, 2016

    tkommpli Bhala Socjalista ma nistax naccetta li b trattati bhal dawn jigu f perikolu id drittijiet tal Haddiema li l unions Snien shah igieldu ghalihom. Dawn it trattati huma Back Door biex jiegu illevati dawn id drittijiet. tkompli

    Irrispondi
  •  
    Ray Borg
    Ott 25, 2016

    tkompli Fil Futur Gvernijiet li jipruvaw jtejbu id drittijiet tal Haddiema jistaw jigu imharkien min Kumpaniji Barannin. Jien nivota Gvern biex jekk ikun sejjer xi haga hazina fil pajjiz biex jibdilla, tkompli

    Irrispondi
  •  
    Ray Borg
    Ott 25, 2016

    tkompli u mhux biex il Gvern li tellajt jigi imharrek u jekk jirbhuha inhalsu il flus lill dawn mit taxxi tghana. Grazzi Dejjem Tieghek Ray Borg

    Irrispondi
  •  

Facebook