SERJU

  • Ott 20, 2016 08:00
  • Miktub minn Alfred Sant

    Fi żmien ta’ tkabbir ekonomiku sostanzjali, ministru tal-finanzi jista’ jkollu pressjonjiet kbar fuqu daqs fi żmien ta’ awsterità. Dan għax kulħadd jippretendi li la l-affarijiet sejrin tajjeb, għandu jgawdi. Ir-raġunijiet għaliex deċiżjonijiet li jġibu magħhom aktar spejjeż għandhom jitqiesu bi prudenza jitilfu mis-saħħa tagħhom. 

    Forsi fi żminijiet riċenti, l-aktar ministru tal-finanzi li rnexxielu jirreżisti ir-rankatura ta’ aktar spejjeż kien Schauble tal-Ġermanja. Anzi forsi hu baqa’ jżomm il-brejkijiet b’mod eċċessiv.

    Il-baġit tal-Gvern Malti mxandar din il-ġimgħa fetaħ kif imwiegħed, inizjattivi ġodda fuq il-front soċjali. Sew għamel. Sakemm mhumiex jaqbżuli fir-retorika ftit staġnata li tiddistingwi d-diskorsi tal-baġit, xi dettalji kruċjali, jidher li nżamm bilanċ tajjeb ħalli l-inizjattivi mwiegħda ma jaqbżux il-limiti tal-prudenza finanzjarja, kemm illum u kemm għada.

    F’dan is-sens, aktar minn baġit tajjeb – kif ftit seta’ ma jkunx fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi preżenti – il-programm propost għas-sena d-dieħla tal-finanzi pubbliċi jixraqlu wkoll it-titlu ta’ “baġit serju”.

    ****

    ABORT

    Id-distanza bejn Malta u Brussell tkopriha bi vjaġġ ta’ sagħtejn u nofs f’ajruplan. Imma dik bejn il-mentalità dwar l-abort minn post għall-ieħor hi ikbar mill-ħin meħtieġ biex tasal sal-qamar.

    Kelli ċans ninduna kemm hu fond l-abbiss bejn iż-żewġ mentalitajiet il-ġimgħa li għaddiet. Ħadt sehem f’diskussjoni televiżiva dwar l-abort fil-Parlament Ewropew; lura f’Malta qajjimt is-suġġett ma’ xi ħbieb, nisa u rġiel.

    Hemmhekk, hi mitqiesa bħala xi ħaġa kontra d-drittijiet tal-bniedem u tal-mistħija li ċċaħħad lin-nisa mid-dritt li jiddeċiedu huma dwar affarijiet li jikkonċernaw lil ġisimhom. Mara għandha jkollha l-ħelsien sħiħ li tabortixxi.

    Hawnhekk, hi mitqiesa bħala xi ħaġa kontra n-natura li tippermetti l-abort għax dan jeqred il-ħajja. Kull bidu ta’ ħajja ta’ bniedem irid jitħares bl-akbar qawwa, kważi b’mod assolut.

    ****

    IS-SUD TA’ MALTA

    Hu minnu li s-sud ta’ Malta qala’ konċentrament ta’ proġetti u żviluppi li għarrqulu l-ambjent tiegħu. Bl-eċċezzjoni tal-Magħtab, l-industrija u l-infrastruttura li toħloq tniġġis jew dwejjaq madwarha nġabru mill-Marsa ’l isfel. Hu ġust u fl-interess nazzjonali li jittieħdu miżuri biex jirremedjaw kemm jistgħu għal dan l-iżbilanċ. Taħseb x’taħseb dwar l-Università Amerikana li l-gvern irid iwaqqaf, il-fatt li jrid ipoġġiha fis-sud hu punt kbir favur tagħha.

    Id-dilemma li għadha magħna dwar x’messu jsir bis-sit tal-lukanda Djerma f’Wied il-Għajn jagħti xhieda tal-imblokki li jinqalgħu meta miżuri ta’ “kumpens” ikunu se jittieħdu.

    X’jaqbel l-aktar għas-sud: Li jiżdidulu l-ispazji “miftuħa” fejn in-nies issib ambjent naturali biex tirrekrea ruħha? Jew li jsir sforz ġdid biex it-turiżmu jiġi żviluppat? Kont nemmen li t-tieni triq hi l-aħjar waħda.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook