BEJN GVERN U OPPOŻIZZJONI

  • Set 29, 2016 08:44
  • Miktub minn

    Hu naturali li f’demokrazija parlamentari, min ikun fl-Oppozizzjoni jarat-tazza nofsha vojta jekk mhux kollha, u min ikun fil-gvern jaraha bil-maqlub.

    Parti mid-demokrazija hi teatru, u sew jiġri. B’hekk materji ta’ interess kbir għall-familji u ċ-ċittadini jiġu proġettati b’mod li jiftiehem minnhom u jimmobilizzahom.

    Is-sinjal ta’ maturità f’demokrazija jingħata meta kulħadd jifhem xinhuma l-limiti tal-azzjon ili jieħu. F’rispett ukoll ta’ dak li jien insejjaħ – għax nemmen fih – l-interess nazzjonali.

    Gvern li jxekkel il-ħidma tal-Oppozizzjoni b’mod li din ma tistax tiffunzjona sew ikun qed jaqbez dawn il-limiti.

    L-istess jgħodd għal Oppozizzjoni li biex twassal il-messaġġ tagħha, tmexxi politika ta’ min lest jaħraq kull ma jsib madwaru, qisha r-Russi qed jilqgħu għall-avvanz ta’ Napuljun lejn Moska.

    Id-danni fiz-zewġ kazi jibqgħu jinħassu fit-tul, anki wara li min ikun fl-Oppozizzjoni jsib ruħu  fil-gvern u viċi versa.

    ***

    Corbyn

    Ħeqq, m’hemmx x’tagħmel: ikollna naċċettaw il-verdett ta’ min jifhem.

    Bl-elezzjoni għat-tieni darba f’sena, ta’ Jeremy Corbyn bħala mexxej, il-Partit Laburista Ingliz qed jaċċetta li mhux se jirbaħ l-elezzjoni li jmiss fir-Renju Unit. Biex ngħidu kollox, kull stħarriġ ta’ opinjon ili sar fil-pajjizj ikkonferma dal-verdett.

    Madankollu, xorta nħosss impatija kbira għal-linja “ġdida” Laburista. Talanqas qed tiffoka fuq valuri li dejjem kienu tas-soċjalisti.

    L-ideat ta’ Blair u sħabu kienu irrezistibbli fi zmienhom. Taw rebħiet kbar lill-Partit Laburista u mill-gvern, minkejja dnubiet kbar (l-agħar fosthom il-gwerra tal-Iraq) ġabu wkoll titjib soċjali fil-qagħda ta’ bosta familji.

    Imma waddbu l-bilanċ politiku ta’ influwenza u poter bil-kbir lejn interessi finanzjarji okkulti, li jaħdmu skont il-pendil “għama” (imam mhu għami xejn) tas-suq “ħieles”.

    Nammira u naqbel mal-aġenda ta’ Corbyn li jrid iġib bilanċ “ġdid” f’dal-qasam, anke jekk jidher ċar li mhux se jirnexxilu. Jew min jaf, forsi…

    ***

    L-Eġittu

    L-Eġittu jinsab għaddej minn zminijiet diffiċli.

    L-ekonomija tiegħu mhix sejra tajjeb. Bizzejjed wieħed jiftakar fid-daqqa li ħa t-turizmu bl-attakki terrroristiċi li seħħew fis-Sinaj. It-tneħħija tas-sussidji fuq prodotti f’uzu komuni, f’isem il-liberalizzazzjoni  kif  jirrakkomandaw l-esperti tal-“Punent”, iqanqal l-għoli fil-prezzijiet u d-dwejjaq fost in-nies.

    It-tmexxija tal-President Sisihi deċiża li tikkuntrasta mal-fratelleanza tal-musulmani ħalli tipprezerva stat mislem imma mhux izlamista. Qed tagħmel dan b’mod awtoritarju, ġieli ripressiv, li qed jaqlagħlha ċ-ċensura tal-Ewropej fost oħrajn.

    Il-pajjizi Għarab u tal-Mediterran għandhom kull interess li politikament u ekonomikament l-Eġittu jibqa’ stabbli u jissaħħaħ biex iservi ta’ ankra u ta’ mudell għar-reġjun kollu. Għandu jagħmel dan mingħajr ma joħnoq il-kurrenti multikulturali li jsawruh f’pajjiz kbir. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0