IR-RENJU UNIT GĦAN-NIŻLA?

  • Set 22, 2016 12:00
  • Miktub minn

    Nibqa’ mhux konvint li l-Brexit ifisser li r-Renju Unit se jkun qabad fiż-żmien li ġej in-niżla, ekonomikament u politikament. Hi ħaġa ċara li l-elites li jmexxu nqabdu fuq sieq waħda bir-riżultat tar-referendum Ingliż. Ma stennewhx.

    L-apparat kollu tal-gvern kien ippernjat fuq iż-żamma tal-istatus quo. Ħadd ma kien ħadem fuq kif ir-Renju Unit se joħroġ mill-Unjoni Ewropea għax dawk li l-aktar ipproponew il-biċċa kienu barra mill-makkinarju tat-tmexxija statali.

    Sakemm din is-sitwazzjoni tiġi kontrollata, hemm bżonn taż-żmien. Ħaġa ċara li fil-frattemp, il-konsegwenzi ekonomiċi jistgħu jeħżienu.

    Imma lil hinn minn hekk, l-isfida tibqa’ ta’ kif ir-Renju Unit se  jsib rabta mal-Unjoni li tkun tikkonvjeni għaż-żewġ naħat. Ninsab konvint li tista’ tinstab.

    F’qafas ta’ ftehim, ma narax għaliex ir-Renju Unit se jaqbad in-niżla għax ikun barra l-Unjoni Ewropea. L-istess kif ma narax għaliex l-Unjoni Ewropew għandha taqbad in-niżla għax ir-Renju Unit ma jibqax parti minnha. Dejjem jekk ma jidħlux fin-nofs il-fundamentalisti tal-federaliżmu Ewropew...

    ***

    TMEXXIJA TAL-BIDLA

    Il-bidla, igħidulna, saret parti integrali mill-ħajja li ngħixu. U rridu nkunu nafu kif se niggwidawha u mmexxuha.

    Qabel, affarijiet bħal dawn kienu jgħiduhom l-aktar f’diskussjonijiet dwar l-istrateġiji azjendali. Min jaf kemm f’żogħżiti attendejt seminars dottorali dwar sfidi tat-tip fejn trid tara kif il-bidla fl-ambjent tal-marketing, tal-finanzi, tal-produzzjoni, tal-politika u oħrajn għandek tipprova tipprevediha jew tkun flessibbli biżżejjed biex tilqa’ għaliha hekk kif tiżviluppa.

    Minn dak iż-żmien lil hawn, l-istess modi ta’ kif taħfen ir-realtà xterdu lejn l-oqsma soċjali, politiċi u anki diplomatiċi.

    Donnu li daħlet rassenjazzjoni li l-bidla tiġi fuqek, mhux tvaraha int.

    F’oqsma barra t-tmexxija azjendali, f’żogħżiti kien isir ukoll ħafna diskors dwar “ir-revoluzzjoni”.

    Mhux aktar.

    ***

    DISKRIMINAZZJONI

     

    Jekk il-gvern Laburista tal-lum wettaq progress kbir, dan kien fil-qasam tad-diskriminazzjoni: waqqa ħafna barrieri, mhux biss istituzzjonali u soċjali, imma fl-imħuħ; inkluż moħħi.

    Id-dritt għal għajxein tajjeb ta’ minoranzi – ċkejkna kemm huma ċkejkna – qed jiġi sostnut b’suċċess u naħseb, b’mod li ma jistax jitreġġa’ lura. Waqt li dan sar, qed niftħu għajnejna dwar realtà li konna nostru: dik li l-ħajja tal-bniedem jaf ikollha mitt elf mod kif tasserixxi ruħha, u kollha huma validi sakemm ikunu ġenwini u ma jħassrux id-dritt ta’ bnedmin oħra għal għajxien ħieles u denn.

    Fl-istess ħin, fl-isforzi kontra d-diskriminazzjoni, tajjeb li noqogħdu b’seba’ għajnejn ħalli dawk li ma jifhmux it-tifsira vera ta’ xi jkun għaddej, ma jħossuhomx mitluqa quddiem dak li jidhrilhom bħala l-qerda tal-ambjent tradizzjonali li draw jgħixu fih b’qima.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0