Sparar fuq il-Knisja

  • Aww 26, 2016 07:35
  • Miktub minn Charles Miceli

    L-eħfef ħaġa llum hija li tispara fuq il-Knisja. U minkejja li l-ġlieda politiko-reliġjuża ilha li spiċċat kważi nofs seklu, ċerti antiklerikali donnhom għadhom ma sabux delizzju ieħor.

    Mhux biss. Mal-kor ingħaqdu ħafna oħrajn, bħall-umanisti u l-patrijotti. U minkejja li dawn suppost qegħdin fuq iż-żewġ naħat estremi tal-ispektrum politiku-soċjali, tiskanta kemm isibu affarijiet komuni fejn tidħol il-Knisja.

    Dan l-aħħar qed naraw ukoll ħafna Laburisti li l-Isqof preżenti xejn ma jinżlilhom. U hekk jikber il-leġjun li jara fil-Knisja l-bastjun ta’ dak kollu li missna ilna li tfajna fi skip.

    In-naħa l-oħra tal-munita

    Jien il-poter ibeżżagħni. F’kull forma tiegħu. U minkejja li hawn min jgħid li mingħajr poter ikollna kaos, jien għandi d-dubji tiegħi. Imma jekk xejn, illum il-Knisja kważi m’għandha poter ta’ xejn.

    Ma nafx inkunx qed nesaġera jekk ngħid li hija vuċi oħra fid-deżert. U għall-maġġoranza tal-Maltin u l-Għawdxin, il-flus jiġu l-ewwel u qabel kollox. Anke qabel ir-ruħ.

    Saħansitra, illum ma nafx kemm għad hawn min jemmen li għandna ruħ li tibqa’ ħajja wara li mmutu.

    Hu x’inhu, ikolli nammetti li l-Knisja, bl-iżbalji kollha tagħha, tagħmel ħafna ġid. Jien ili naħdem b’mod jew ieħor mal-Caritas għal dawn l-aħħar 26 sena u rajt b’għajnejja u għadni mmiss b’idejja l-frott li nqata’ minn din l-organizzazzjoni tal-Knisja.

    U bħall-Caritas nista’ nsemmi ħafna għaqdiet u istituzzjonijiet oħra tal-Knisja li qed jagħmlu xoghol imprezzabbli. Id-Dar tal-Providenza, l-Istitut Paolo Freire, il-Millennium Chapel, Dar Merħba Bik, Dar Nazareth, Jean Antide Foundation, eċċ.

    Ikla fl-Imġarr

    Ma' dawn wieħed irid iżid ix-xogħol li jagħmlu ħafna qassisin u kappillani ma’ Malta u Għawdex kollu. Kull tip ta’ xogħol. Minn parir sa żjarat fl-isptarijiet u d-djar tal-anzjani. Minn għajnuna finanzjarja sa sigħat sħaħ jisimgħu nies li lanqas għandhom ma’ min jgħidu kelma.

    Dan ix-xogħol isir fis-skiet u qatt ma jidher fil-midja. Anzi meta ma nafx kif jitfaċċa fuq xi gazzetta stampata jew elettronika, flok prosit taqla’ salt voti.

    Bħalma ġralu l-Kappillan tal-Imġarr li, flimkien mal-Kummissjoni Djakonija tal-lokal, kien protagonist biex għall-festa titulari organizza ikla għan-nies weħidhom u għar-refuġjati.

    Naf li la l-Kappillan, Mons. Kalċidon Vassallo, u lanqas il-membri tal-Kummissjoni Djakonija mhu se jaqtgħu qalbhom. Imma naħseb li bħalma qalgħu salt kritika, tajjeb ikun hemm min jgħidilhom prosit.

    Wara kollox ir-riga li biha rridu nkejlu s-suċċess jew in-nuqqas tiegħu hija kemm żorna l-morda, kemm żorna l-ikkalzrati, kemm tmajna lil min hu bil-ġuħ u kemm ilqajna lill-barrani.

    U b’barrani ma nifhimx biss ir-refuġjat jew l-immigrant. Imma anke lil ħija u oħti li jinsabu weħidhom u lanqas għandhom ma’ min jgħidu kelma.

     

     

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  
    John SMith
    Aww 26, 2016

    Jien nahseb li hekk inhallu ftit il-kwistjonijiet politici li hemm hafna xi tghid fuqhom, hemm is-semplici fatt li l-Knisja ta' Malta hi organizzazzjoni li ghandha tiehu hsieb ir-responsabbiltajiet socjali taghha. Nistghu noqghodu nitkellmu, u nsibu xi n

    Irrispondi
    •  
      steve
      Aww 26, 2016

      l-indhil fil-hajja tan-nies qatt ma ghandu jkun hemm jinqala l-kunflitt meta bniedem jemmen li hu l-unika triq u verita u mhux kuntent jara nies differenti,jemmnu differenti jew ma jemmnu xejn u dawn ta l-unika ''verita'' mhux lesti jkunu kritikati. Il-k

  •  

Facebook