L-EKONOMIJA TA' WIED IL-GĦAJN

  • Aww 25, 2016 07:35
  • Miktub minn Alfred Sant

    Fiż-żmien li kienet topera l-lukanda Jerma, ma kinitx toħloq ix-xogħol biss għaliha bir-residenti li talloġġja. Minnhom kienu jibbenefikaw ir-ristoranti u l-postijiet ta’ divertiment f’Wied il-Għajn u l-madwar. Pereżempju, matul ix-xhur tax-xitwa kienu joqogħdu fil-Jerma residenti pjuttost anzjani li kienu mbagħad għal nofsinhar jew filgħaxija jitreqju fir-restoranti tal-qrib.

    Wara li għalqet il-lukanda, l-ekonomija taż-żona kollha qalgħet daqqa li niddubita kemm irpiljat minnha sal-lum.

    Matul is-snin qalulna li lukanda waħidha ma trendix. (Din li f’settur turistiku bħal ta’ Malta, l-operat ta’ lukanda ma jistax ikun vijabbli waħdu għadni ma nistax nifhimha.)

    Xejn ma naqbel ma’ proposta biex minflok lukanda jittellgħu appartamenti ta’ lussu. Għandna biżżejjed minnhom u kerrhu biżżejjed wiċċ il-pajjiż. Jekk lukanda fiċ-ċirkostanzi attwali ma treġix f’Wied il-Għajn, il-gvern għandu jara kif joħloq għaliha inċentivi ta’ operat li bihom treġi, igħidu xi jgħidu r-regolamenti tal-Unjoni Ewropea.

    ***

    Fil-Mosta

    Jekk fhimt tajjeb il-proposta tal-kunsill lokali tal-Mosta, għandha tinbidel id-direzzjoni li biha jgħaddi t-traffiku minn dik il-belt sabiħa. Min jersaq lejha min-naħa ta’ Birkirkara, jidħol mit-triq li twassal sal-pjazza ewlenija ta’ quddiem il-knisja. B’hekk waqt is-sewqan, qed iħares lejn il-faċċata tal-Knisja.

    Illum jidħol f’dawra mill-ġenb tal-borg. Joħroġ mill-Mosta mill-istess triq, b’dahru lejn il-knisja.

    Hi proposta eċċellenti. Dejjem sibt stramb l-arranġament attwali, fejn is-sewwieqa jagħtu daharhom lejn il-Knisja, l-aqwa monument tal-post.

    Fis-sajf tal-1998, konna qed inlestu diġà arranġamenti bħal dawk li qed jiġu proposti llum. Imma l-kunsill lokali tal-Mosta, immexxi mill-istess maġġoranza bħal-lum, ipprotesta bil-kbir fit-toroq kontra l-bidla.

    ***

    Strateġija għall-Ewropa

    L-Unjoni Ewropea għandha għażliet strateġiċi tal-aqwa importanza quddiemha. Kif se tfassal l-iżvilupp tagħha fiż-żmien li ġej, mhux biss quddiem l-isfidi li għadha ma għelbitx – tat-tkabbir ekonmiku kajman u tal-qgħad endemiku – tas-sigurtà quddiem it-terroriżmu – tal-immigrazzjoni – tar-relazzjonijiet mar-Russja u l-Istati Uniti?

    Forsi aktar minn hekk, u b’rabta ma dawn l-isfidi: ta’ kif se tissettja l-istrutturi tagħha ta’ tmexxija ħalli jiffunzjonaw tajjeb f’dinja globalizzata; ta’ kif se tegħleb id-diverġenzi li qed jiżdiedu bejn il-partijiet tagħha; ta’ kif se tilqa’ għat-tentazzjoni li qed tinfirex biex jitwarrbu l-prinċipji tal-għaqda billi din tinħall. Fuq kollox ta’ x’jaqbel: aktar Ewropa jew kawtela u konsolidament?

    Problema ewlenija hi li fil-varjetà wiesgħa ta’ pajjiżi li llum huma membri tal-Unjoni, diffiċli ssib tweġiba waħda li se tikkonvjeni lil kulħadd.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook