IMGĦAXIJIET

  • Lul 25, 2016 07:00
  • Miktub minn Alfred Sant

    Baqgħet ma ngħatat l-ebda tweġiba sodisfaċenti għall-mistoqsija jekk il-banek ewlenin humiex japprofittaw ruħhom mill-qagħda finanzjarja in ġenerali billi naqqsu bil-kbir ir-rata tal-imgħax fuq dak li jissellfu mingħand depożitanti. Għamlu hekk mingħajr ma naqqsu kemm suppost l-imgħax fuq dak li jsellfu.

    Wieħed ma jistax joqgħod fuq l-ispjegi mogħtija mill-banek infushom: hi ħaġa ċara li se jiġbdu għal xawwathom.

    Kien l-eks gvernatur tal-Bank Ċentrali Bonnici li qajjem l-argument ftit taż-żmien ilu. Fil-frattemp, ftit li xejn inbidel.

    L-imgħaxijiet fuq depożiti waqgħu mal-Ewropa, mad-dinja kollha prattikament. Kien il-ministru Ġermaniż tal-finanzi Schauble li gerger kif pensjonanti li jiddependu mill-imgħax fuq depożiti tagħhom, bi protesta qed jivvotaw għal-lemin estrem għax naqsilhom serjament id-dħul tagħhom.

    Hu minnu li l-banek Maltin ukoll qed ikollhom jissodisfaw regoli ġodda Ewropej dwar kemm iridu jżommu kapital. Jekk jiżdidulhom il-profitti billi jħallsu anqas f’imġħaxijiet waqt li jiċċarġjaw “bil-għoli” fuq dak li jsellfu, ikunu jistgħu jsaħħu l-bażi kapitali tagħhom mingħajr ma jtellfu wisq mid-dħul tal-azzjonisti.

    Effettivament huma l-banek u l-azzjonisti tagħhom li jmorru tajjeb minn sitwazzjoni hekk; il-bqija ikollhom iġorru l-piżijiet. Mhux ta’ b’xejn li l-bejgħ ta’ bonds ġodda minn kumpaniji privati qed jagħmel daqstant suċċess.

    ***

    TNIĠĠIS

    Il-livelli ta’ indafa fil-baħar ta’ madwar il-kosta Maltija tjiebu matul is-snin, minkejja li l-“użu” tal-baħar żdied sew.

    Hi ħaġa tassew pożittiva li l-indafa u s-sbuħija tal-ibħra Maltin baqgħu punt qawwi favur it-turiżmu lejn Malta. Jawgura li meta l-qagħda turistika ta’ ħafna mill-kompetituri tagħna fil-Mediterran terġa’ lura għan-“normal”, ikollna biex insostnu s-sehem tagħna tas-suq.

    Għalhekk li meta tidher xi aħbar dwar tniġġis ta’ kwalunkwe tip trid tittieħed bis-serjetà u t-tniġġis – jinħoloq kif jinħoloq – jiġi investigat u jitneħħa minnufih.

    ***

    KONVERĠENZA

    Fit-tmexxija ekonomika tal-Unjoni Ewropea – aktar u aktar taż-żona tal-ewro – tissemma ta’ spiss il-ħtieġa ta’ konverġenza ekonomika bejn il-pajjiżi membri.

    Wisq ta’ spiss iżda, b’dan inkunu qed nifhmu konverġenza fit-tmexxija tal-politika ekonomika. Nara li dan hu żball.

    Il-konverġenza trid tkun mhux dwar l-istess persentaġġi ta’ defiċit fil-finanzi publiċi jew fl-inflazzjoni minn pajjiż għall-ieħor, daqskemm dwar konverġenza fi tkabbir ekonomiku li jġib il-livelli tal-għajxien tal-pajjiżi differenti eqreb ta’ xulxin lejn l-għoli.

    Bħalissa resqin lejn qagħda fejn il-membri tal-Unjoni Ewropea qed imexxu l-ekonomiji u l-finanzi tagħhom skont kriterji li jixtiebhu. Fl-istess waqt, id-diverġenza baqgħet tikber bejn in-nord u s-sud, bejn il-lvant u ċ-ċentru. Hu dan ukoll li qed iżid it-tensjonijiet fi ħdan l-Unjoni. Insibha ħaġa stramba li miċ-ċentru-lemin l-aktar, ma jitqiesx li dis-sitwazzjoni jixirqilha soluzzjoni urġenti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    ilbomblu
    Lul 25, 2016

    Ghandek ragun biex dbiegh pero il gvern qieghed ikompli itighhom palata. Spiccajna inselfu flus lil kumpanija biex ihalsu djun ta qabel plus l-interessi fuqhom. Il penzjonant spicca jissogra flusu. Il Gvern bahh. anzi ikompli jafgu l-isfel. Iva nivvotaw

    Irrispondi
  •  

Facebook