PREKARJI

  • Lul 14, 2016 09:28
  • Miktub minn Alfred Sant

    Id-diskors kontra l-prekarjat issibu kullimkien. Il-mistoqsija dejjem tibqa’: fil-verità, x’passi serji qed jittieħdu kontra l-prattika li timpjega n-nies b’ħarsien soċjali ineżistenti jew minimu, b’pagi baxxi, b’kondizzjonijiet tax-xogħol li jagħtu l-kontroll sħiħ lis-sid?

    Il-problema tinsab kullimkien fl-Ewropa. Imma dan l-aħħar kelli niddubita kemm hemm rieda tajba biex tingħeleb. Saqsejt lill-Kummissjoni Ewropea kif tiddefinixxi l-prekarjat, li dwaru hi ħarġet aktar minn rapport jew tnejn.

    Is-sorpriża kienet li l-Unjoni Ewropea m’għandhiex definizzjoni waħda, soda u ċara, ta’ x’jikkostitwixxi prekarjat. Saqsejt għat-tieni darba kjarifika aħjar ta’ kif l-UE tkejjel il-prekarjat. Fejn kont bqajt.

    Kif tista’ tmexxi politika serja kontra l-prekarjat meta lanqas għandek moħħok ċar dwar fiex jikkonsisti tassew?

    Ma nistagħġibx jekk fiż-żmien li ġej, ix-xogħol prekarju jibqa’ jinfirex. M’hemmx għalfejn ngħidu, sadattant ir-retorika kontra l-prekarjat tibqa’ tfawwar minn kullimkien.

    ***

    BARROSO

    Il-bxara li l-eks President tal-Kummissjoni Ewropea Barroso sab impjieg bħala direttur ewlieni tad-ditta finanzjarja dinjija  Goldman Sachs, qanqlet reazzjoni negattiva kbira. Barroso daħal għal dan ix-xogħol f’rispett tar-regoli tal-Kummissjoni, li eks-Kummissarju ma jsibx impjieg ta’ dat-tip qabel sena u nofs minn meta jkun ħalla l-Berlaymont.

    Id-ditta li daħal fiha hi mitqiesa bħala perċimes fil-kriżi finanzjarja tas-sena 2008 u Barroso kellu rwol ċentrali fil-mod kif l-Unjoni Ewropea ttrattatha. Matul is-snin qala’ ħafna kritika fuq li ftit li xejn kien jieħu inizjattivi qawwija u sempliċement irreaġġixxa għall-ġrajjiet hekk kif inqalgħu. Ukoll li kien jinjora għalkollox id-dimensjoni soċjali tal-Ewropa.

    Bil-ħatra ġdida tiegħu, Barroso donnu kkonferma li qalbu minn dejjem kienet mal-impriżi multinazzjonali l-kbar. Magħhom iħossu komfortabbli; lejn l-interessi tagħhom se jibqa’ jiġbed.

    ***

    SIĠAR

    Ta’ min ifaħħarhom l-inizjattivi li qed jissemmew biex jitħawlu aktar siġar fil-pajjiz. Matul is-snin, ittieħdu inizjattivi bħal dawn minn gvernijiet differenti imma jgħaddi ż-żmien u l-proġetti li ġew varati jew ma rnexxewx jew ma żammewx ir-rankatura.

    Fis-snin sittin, meta l-kampanja Maltija kienet għadha tixbah kampanja ta’ veru, proġett siewi ħafna kien it-twaqqif tal-ġnien li fakkar li John Fitzgerald Kennedy fis-Salini.

    Fis-snin sebgħin, il-gvern Laburista ta’ dak iż-żmien kien għal numru ta’ snin ppromova skemi ta’ afforestazzjoni, bit-tħawwil ta’ siġar taż-żebbuġ u pjanti oħra addattati għall-klima tagħna.

    Fl-aħħar snin, rajna sforz simili jitħabbar għaż-żona ta’ Baħar iċ-Ċagħaq, biex ikollna bosk fejn qabel kienet miżbla. Ma tantx jidher li dal-proġett kellu wisq success. Sadattant, ħafna mis-siġar tal-palm ma’ kullimkien inqerdu minn marda li ma nstabx tarf tagħha.

    Għandna bżonn ta’ strateġija ġdida biex l-afforestazzjoni tal-gżejjer Maltin titmexxa b’nifs tat-tul.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook