SPANJA NSEJNIEHA

  • Ġun 23, 2016 06:47
  • Miktub minn Alfred Sant

    Fl-istennija tar-referendum tar-Renju Unit dwar il-Brexit, ftit li xejn ingħatat attenzjoni fl-aħħar ġimgħat għal ġrajja politika importanti oħra għall-Ewropa: l-elezzjoni tal-Ħadd li jmiss fi Spanja, it-tieni waħda f’sitt xhur hemm.

    L-iżvilupp ewlieni jidher li se jkun li wara l-alleanza ġdida tiegħu mal-partit ċkejken tal-eks-Komunisti, Podemos il-partit xellugi li ħareġ mill-protesti fit-toroq kontra l-awsterità ta’ xi tlieta/erba’ snin ilu, se jsir it-tieni l-akbar formazzjoni politika fi Spanja.

    Jekk jiġri hekk, il-kwistjoni se tqum: is-Soċjalisti li jispiċċaw fit-tielet post se jkunu lesti jidħlu f’koalizzjoni ta’ gvern ma’ Podemos? Ftit ilu, dan irrifjuta l-appoġġ tiegħu lis-soċjalisti meta huma pprovaw iwaqqfu gvern.

    Jekk ta’ Podemos jirnexxilhom isostnu koalizzjoni, tliet pajjiżi tas-sud se jkunu mmexxija minn gvernijiet b’dominanza tax-xellug-xellug: il-Greċja, il-Portugall, Spanja.

    ***

    Fil-għoli

    Dejjem rajtha bħala soluzzjoni effettiva għall-isfida dwar kemm se ndumu ngħabbu l-art Matlija bil-bini, dik li ntellgħu torrijiet fil-għoli. B’hekk niffrankaw fl-uzu tal-art u nipprovdu aktar postijiet fejn in-nies toqgħod u taħdem, mingħajr ma nkomplu nkissru l-wirt ta’ bini li ħallewlna ta’ qabilna.

    Illum naħseb li għandhom raġun dawk li qed jgħidu: attenti mill-ħafna proġetti ta’ bini fil-għoli li qed jitħabbru. Veru li ħafna minnhom huma aktar miraġġ milli realtà ta’ proġetti. Biss, anki jekk tnejn minnhom biss jittellgħu sas-sulari li qed jissemmew, jista’ jkollna problema.

    Binjiet hekk iridu jkunu ppjanati bis-sens, bi trasparenza, bla omertà u korruzzjoni. L-infrastruttura għalihom trid tiġi konfermata, mhux bħal fil-każ skandaluż ta’ Tigne, tibqa tiġi injorata mill-awtoritajiet, minkejja l-obbligi li kienu marbuta ma’ dak il-proġett.

    Għadna ma żviluppajniex il-prattika meħtieġa biex dan l-ippjanar jitwettaq.

    ***

    Kultura

    Ħbieb tiegħi ħadu għalihom meta dehru artikli fl-istampa u f’siti tal-internet li semmew is-soċjetà Maltija bħala waħda mill-anqas fl-Ewropa li tgħożż il-qari u l-kultura.

    Ipprovajt insabbarhom. Għedtilhom kif fl-Ewropa u barra minnha, dejjem isibuha ħaġa aktar ħafifa li jlumu lill-pajjiżi ż-żgħar milli lill-kbar.

    Biex inkun onest: ma għamiltx dan b’kuxjenza safja. Il-verità hi li fostna l-arti, il-kultura, l-qari u l-letteratura baqgħu l-għalqa tal-ftit, li faċli tikkunsidrahom bħala elite. Terġa’, oħrajn li popolarment mitqiesa bħala l-elite, u jriduha ta’ hekk, jikkonsistu minn ftit mijiet li aktar interessati f’fejn jidhru u kif jidhru, milli fl-andament kulturali.

    Biżżejjed tiftakar kif l-aqwa gazzetta tal-Ħadd tippublika s-suppliment tagħha, li fost suġġetti oħra jittratta l-kultura, taħt l-isem ta’ ESCAPE.

    B’xorti tajba, għandna saffi ġodda ta’ attivisti żgħażagħ li jridu jiftħu orizzonti kulturali ġodda. Xieraq li jmexxu dibattitu wiesa’ dwar kif dan għandu jsir.

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook