Skola tal-politika

  • Ġun 16, 2016 07:00
  • Miktub minn Charles Miceli

    Il-politika, fis-sens vera tagħha, tidħol f’kollox. Ma hawn xejn li mhux politiku. Kif darba jgħidu li qalet Mabel Strickland, “Anke l-butir hu politiku.” Għax il-ħajja tagħna, anke jekk ma nindunawx, hija mmexxija minn ħafna deċiżjonijiet politiċi.

    Nieħu eżempju. Fi żmien Mintoff kien hawn mhux biss friża fuq il-pagi imma wkoll il-kontroll fuq il-prezzijiet. U temmen jew ma temminx, mid-dar kont tkun taf kemm hi landa tonn taż-żejt.

    Imbagħad dħalna għall-politika tas-suq isuq. U suppost qed ngħixu f’sistema ekonomika mibnija fuq is-“supply and demand”. Madankollu s-sistema neoliberali għandha ħabta twieżen lil min hu diġà sod fuq saqajh filwaqt li tkagħbar lil min hu dgħajjef.

    Affarijiet importanti

    Kif żgur jinduna min qed jaqra, faċli tibda tidħol fl-ideoloġiji politiċi anke meta titkellem fuq landa tonn taż-żejt. Aħseb u ara meta tibda titkellem fuq affarijiet ħafna aktar importanti fil-ħajja.

    Bħal ngħidu aħna kemm għandu jkollna sigħat ta’ xogħol u kemm għandu jkollna ħin ħieles. Ħin biex inqattgħuh mal-familja u biex nagħmlu affarijiet li nieħdu pjaċir nagħmlu.

    Jew fir-realtà kemm għandna dritt għal ħajja diċenti? U minn fejn jiġi dan id-dritt? Biex ma nsemmix id-dritt li jkollok moħħok mistrieħ li għada wkoll se jkollok impjieg meta nafu li llum, grazzi għall-“progress”, ix-xogħol kważi kollu sar bil-kuntratt.

    Laboratorju ideoloġiku

    Għalhekk ma nistax ma naqbilx ma’ dak li kellu xi jgħid Fr Mark Montebello (“Żminijietna” April-Ġunju 2016) dwar il-ħtieġa ta’ laboratorju ideoloġiku.

    Il-Father qal: “Ninnota li l-biċċa l-kbira tal-adulti mqabbda max-xejra politika xellugija, inkluż adulti żgħażagħ, ftit għandhom idea ċara tat-teorija politika (ta’ naħa daqskemm tal-oħra) jew għodod ideoloġiċi li bihom jistgħu janalizzaw ir-realtà storika.”

    Huwa kompla jghid li, “Dan minkejja li dawn aktarx huma nies li jridu jagħtu sehem politiku fis-soċjetà. Jidher xi ftit jew wisq evidenti li jeżisti nuqqas pronunzjat ta’ tħejjija intellettwali xierqa ta’ livell ideoloġiku.”

    Min?

    Filwaqt li donnu kulħadd espert fil-politika, ftit li xejn, anzi rarissimu, tisma’ lil xi ħadd jitkellem b’naqra sens. U tiftaħ l-istazzjonijiet tar-radju, is-settijiet tat-televixin u l-gazzetti, u aktar iva milli le ssib l-istess dawra. Tagħna tajjeb u tagħhom ħażin.

    Biex ma ngħidx li t-taħditiet politiċi, anke fil-Parlament, aktar għandhom mill-prietki u l-paniġierki milli ħaġ’oħra.

    Hawnhekk forsi wieħed jistaqsi: min se jidħol biex iwaqqaf din l-iskola tal-politika? Jew, kif sejjaħlu Fr Mark, laboratorju ideoloġiku? Tgħid il-PL, issa li għadu ferħan bid-Deputat Mexxej il-ġdid, ikun lest li jittrasforma l-Fondazzjoni Ideat fi skola tal-politika?

    Jew inkella nies bħall-Avukat Mario de Marco jinteressahom li jimbuttaw biex jerġgħu jqajmu l-AZAD u jibdew korsijiet ta’ teorija politika għal kulħadd?

    L-unika ħaġa żgura hi li skola bħal din għandna bżonnha bħall-ħobż. Għax bla ideoloġija mhux biss ma tantx hemm x’tagħżel, la bejn il-partiti u lanqas bejn il-kandidati, imma lanqas qatt se jirnexxilna niksbu l-ħelsien bis-serjetà. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0