RAKKOMANDAZZJONIJIET

  • Mej 23, 2016 07:16
  • Miktub minn Alfred Sant

    Ninsabu f’dak il-perijodu tal-istaġun Ewropew fejn il-Kummissjoni Ewropea, wara li tkun fliet l-ekonomija tal-pajjiżi membri u ħarġet it-tbassir tagħha dwar l-andament ekonomiku fil-bqija tas-sena u għas-sena d-dieħla, tagħmel ir-”rakkomandazzjonijiet” tagħha. Dawn ikunu indirizzati lill-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea dwar x’għandhom jagħmlu differenti jew aħjar milli qed jagħmlu, biex jissodisfaw ir-regoli ta’ tmexxija tal-Unjoni u/jew taż-żona ewro. Kif ukoll biex iżidu fir-rankatura ekonomika tagħhom.

    Ir-rakkomandazzjonijiet jiġu diskussi fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill tal-Ministri. Tal-aħħar jiddeċiedi dwarhom u jekk jaqbel fuqhom, ir-rakkomandazzjonijiet isiru tassattivi – tal-anqas fuq il-karta.

    Sena wara l-oħra, l-ilment li jitqajjem – l-aktar fil-Parlament Ewropew – hu li fil-biċċa l-kbira tagħhom, ir-rakkomandazzjonijiet jew jiġu injorati fil-prattika jew it-twettiq tagħhom jitħalla nofs leħja. Ilment ieħor ukoll ikun li l-Kummissjoni toħroġ wisq rakkomandazzjonijiet u mhux possibbli li kollha jistgħu jitwettqu – jew anki għandhom jitwettqu – fl-istess ħin.

    Dis-sena, il-Kummissjoni laqgħet għal dan l-aħħar ilment billi naqqset l-għadd ta’ rakkomandazzjonijiet li għamlet.

    L-ewwel ilment naħseb li se jibqa’ jinstema’. Li wħud mir-rakkomandazzjonijiet jibqgħu ma jitwettqux, hi ħaġa li ma tantx tinkwetani. M’iniex konvint li l-Kummissjoni Ewropea għandha xi monopolju fuq l-għerf dwar it-tmexxija ekonomika fl-Ewropa.

    ***

    Biedja f'Għawdex

    Kif wieħed seta’ jistenna, it-tħaddim tal-politika agrikola tal-Unjoni Ewropea kienet ta’ dannu għall-biedja Għawdxija. Dan baqa’ jitgħatta taħt is-sussidji li nħarġu, għalkemm mhux kollha marru fil-bwiet tal-bdiewa.

    Issa, hemm ħtieġa strateġika biex il-biedja f’Għawdex tinżamm ħajja u viabbli. Regoli li japplikaw għal kulħadd l-istess fl-Ewropa jimminawha mhux jagħtuha n-nifs. Imma l-politika agrikola komuni tal-Unjoni Ewropea mhix se tinbidel mil-lum għal għada. 

    Li neħtieġu huma inizjattivi speċjali għal Għawdex li jirkbu fuq il-karattru partikolari tal-biedja hemm, biex joħolqu prodotti li huma ta’ Għawdex biss.

    Waqt laqgħa dan l-aħħar mal-mexxejja tal-koperattiva tal-bdiewa Għawdxin fil-kumpless tal-Gozitano, ħadt gost nara li issa daħal għarfien aħjar tal-ħtieġa għal strateġija kreattiva biex tħares il-futur tal-biedja.

    ***

    Orkestra taż-żgħażagħ

    Dnub kbir li l-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea se jkollha tingħalaq. Dan għax ma ngħatatx fondi għall-proġetti tagħha mill-programmi finanzjarji tal-Kummissjoni Ewropea, li mhijiex aktar tiffinanzja direttament il-baġit tal-Orkestra.

    Hu dnub għax fl-Orkestra ħafna żgħażagħ – speċjalment minn pajjiżi żgħar bħal tagħna – kienu jsibu opportunità biex jitħarrġu fil-prattika mużikali ma’ artisti barranin. Esperjenza hekk tiswa mitqilha deheb fil-binja ta’ karriera ta’ artisti żgħażagħ.

    Nhar il-Ġimgħa li għaddiet, f’Malta u f’pajjiżi oħra tal-Unjoni saret protesta simbolika kontra dak li qed jiġri. Il-kwistjoni ma qajmitx interess qawwi fostna.

    Mentri naħseb li jixirqilha attenzjoni daqs dik li tajna lill-Eurovision. U m’iniex ngħaġġibha.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook