L-akkomodazzjoni soċjali u l-faqar

  • Mej 21, 2016 07:33
  • Miktub minn Charles Miceli

    Allaħares kultant ma tkunx xi organizzazzjoni bħall-Caritas li titfa’ naqra dawl fuq il-qagħda finanzjarja tal-poplu. L-aktar dawk li kultant lanqas jaqilgħuha u jikluha. U jekk xejn, ħadd ma jista’ jghid li l-Caritas tparla biss.

    Mit-twaqqif tagħha, il-Caritas xammret il-kmiem u ma ddejqitx taħdem mal-faxxa ta’ taħt nett tas-soċjetà. Mhux biss ma’ dawk li għandhom problema bid-drogi imma ma’ kull min b’mod jew ieħor kien qed jaqa’ lura.

    U għamlet u għadha tagħmel dan mingħajr ħafna daqq ta’ trombi.

    Din il-konsistenza tagħtiha kredibilità. Wisq aktar kredibilità milli għandhom il-maġġoranza tal-politiċi. L-iżjed dawk li jiftħu ħalqhom biss meta jkunu fl-oppożizzjoni.

    Il-prekarjat u l-kera

    L-eksdeputat mexxej tal-Partit Laburista, l-Avukat Toni Abela, f’wieħed mill-artikli tiegħu xi xhur ilu qal li l-kawżi ewlenin tal-faqar f’pajjiżna huma l-prekarjat u l-kera. Ovvjament mhux biss. Imma naħseb li Toni għandu raġun għax dawn huma żewġ pjagi kbar.

    L-istejjer li qrajna u smajna dan l-aħħar juru li minkejja l-isforzi kollha tal-Gvern, il-prekarjat għadu b’saħħtu u qed jinfirex lil hinn mis-settur tat-tindif u tas-security. U meta ngħid prekarjat ma nfissirx biss pagi baxxi imma wkoll nuqqas ta’ stabilità fix-xogħol.

    Għax meta jkollok kuntratt definit, ngħidu aħna ta’ sitt xhur, ma tkunx taf fejn qiegħed. U ma tistax tagħmel pjani fit-tul. U żgur mhux faċli tieħu loan mill-bank biex tixtri biċċa proprjetà fejn iddeffes rasek.

    Hekk, trid jew ma tridx, tispiċċa ħajtek kollha tħallas kera għolja u li dejjem togħla.

    Imbagħad hemm il-fatt l-ieħor li dawk li għandhom pagi baxxi qatt mhu se jkunu f’pożizzjoni li jissellfu. Għax bil-loan li jkun lest jagħtik il-bank għandek xorti tixtri garaxx, aħseb u ara appartament b’żewġt ikmamar tas-sodda.

    Smajna wkoll stejjer ta’ familji li nofs il-paga tagħhom qed tmur għall-kera u bilkemm jifdlilhom biex jixtru l-aktar affarijiet bażiċi bħal ikel u ħwejjeġ.

    Taħdita

    Bil-għan li tqajjem aktar kuxjenza fuq din is-sitwazzjoni, l-Alleanza Kontra l-Faqar nhar l-Erbgħa li ġej, 25 ta’ Mejju, se torganizza taħdita pubblika fi Studio B tal-Kavallier ta’ San Ġakbu, il-Belt.

    It-taħdita tibda fis-6.30 pm u l-kelliem ewlieni se jkun is-social worker Bryan Magro. Kulħadd mistieden u dħul b’xejn.

    L-Alleanza tagħmilha ċara li mhix qed tipprova tiskorja xi gowl politiku favur xi partit jew ieħor. Kulma tixtieq huwa li dan is-suġġett jitpoġġa fuq l-aġenda politika bil-għan li tinstab soluzzjoni għal dawk li qed ibatu. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0