TRASPARENZA

  • Mej 19, 2016 07:00
  • Miktub minn Alfred Sant

    Kulħadd jitkellem dwar kemm hi importanti t-trasparenza fit-tmexxija pubblika. Meta niġu għas-si u n-no, kulħadd jara kif inaqqsilha l-importanza.  

    Forsi jaħti għal dan il-partiġjaniżmu li ”jinfetta” l-politika tagħna f’sitwazzjoni fejn żewġ partiti jikkompetu politikament bejniethom.

    Dil-biċċa ma tapplikax għalina biss. Jekk immorru għall-estrem l-ieħor minn tagħna fid-daqs – l-Istati Uniti – il-kompetizzjoni wkoll issir bejn żewġ partiti. U l-metodi kif l-Amerikani jassiguraw it-trasparenza mhumiex ta’ min jarmihom.

    Forsi hi problema taċ-ċokon tagħna?

    Tant kulħadd jaf lil kulħadd, li t-trasparenza tipperikola l-metodi li bihom nies midħla ta’ xulxin, jimminaw lil xulxin waqt li jibqgħu ”ħbieb”. U dik ħadd ma jridha: jekk kull min qed jiġi mminat, isir jaf biha hi u tiġri, in-nies tieqaf tkellem lin-nies.

    F’soċjetà ċkejkna bħal tagħna, malajr kulħadd jimmuta quddiem kulħadd. Il-ħajja soċjali tinxef.

    ***

    Bdiewa partajm

    Rajt statistika kurjuża. Turi li l-bdiewa partajm qed jiżdiedu sew fil-għadd. F’Malta u f’Għawdex. Proporzjonalment aktar f’Għawdex milli f’Malta.

    F’qasam fejn matul l-aħħar snin, l-attività ekonomika naqset, talanqas meta tkejjel in-numru ta’ nies attivi fiha, din l-informazzjoni tagħtik gost. Aħjar żieda fil-partajm, milli tnaqqis sostnut mal-firxa kollha ta’ impjiegi.

    Jien nieħu gost meta nsir naf li l-attivitajiet f’oqsma avvanzati bħal tal-kompjuters qed iżidu fil-ħaddiema li jaqilgħu għajxien tajjeb. Imma nkun nixtieq ukoll li fl-oqsma hekk imsejħa tradizzjonali, bħall-biedja u s-sajd, tal-anqas inżommu qawwija l-impjiegi u l-attività.

    Xorta waħda. Ma tistax taċċetta l-istatistika b’għajnejk magħluqa. Trid tara x’hemm warajha.

    ***

    Brexit mill-ġdid

    Ħareġ rapport mill-aġenzija Fitch li jgħid kif Malta tkun waħda mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li l-aktar imur ħażin jekk ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea.

    Rapporti hekk huma siewja. Iġagħluk tirrifletti fuq il-futur u kif tista’ tilqa’ għal dak li jista’ jaffettwak ħażin.

    Ftit taz-zmien ilu pereżempju, sar studju dwar kif it-TTIP, il-ftehim dwar kummerċ u investiment li qed jiġi negozjat bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti, jista’ jolqot lill-pajjiżi membri tal-Unjoni. Minnu rriżulta li Malta biss tintlaqat ”ħażin”. Il-gvern kien ikkritika dan l-istudju imma mbagħad jekk fhimt tajjeb, ħalla kollox jorqod.

    Personalment ma tantx impressjonani r-rapport ta’ Fitch. Veru li Malta bħal Ċipru għandha rabtiet ekonomiċi qodma u importanti mar-Renju Unit.

    Imma għalkemm għall-bidu, jekk iseħħ Brexit, l-ekonomija Ingliża taqla’ daqqa, m’inix konvint li effett bħal dan bilfors se jitwal.

    Jekk ngħidu aħna, l-isterlina titbaxxa u l-Ingliżi ma jkunux jistgħu iħallsu għall-vaganzi barra, fl-istess ħin, dak li jipproduċu se jorħos, se jinxtara aktar u mill-ġdid, l-Ingliżi se jkollhom il-flus x’jonfqu. Naraw.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0