POPULIŻMU

  • Mej 12, 2016 07:33
  • Miktub minn Alfred Sant

    Il-moda fid-diskussjoni politika fl-Ewropa hi li t-taħdit idur dwar il-populiżmu. Jissemmew x’inhu jiġri fl-Ungerija u l-pajjiżi l-oħra fil-grupp imsejjaħ tal-Visegrad; l-elezzjoni presidenzjali stramba li tinsab għaddejja fl-Awstrija; il-progress elettorali ta’ partit bħall-Front Nazzjonali fi Franza; u s-suċċess li kiseb Donald Trump sa issa fil-kampanja presidenzjali Amerikana.

    Il-populisti qed jiġu preżentati bħala theddida kbira għad-demokrazija pluralistika, kif b’ċertu mod huma. Jibnu wisq fuq ir-rabja tan-nies, joffru wisq soluzzjonijiet li huma sempliċi żżejjed. 

    Imma qed jirkbu fuq kriżijiet li l-partiti “tradizzjonali” ħallew jinfirxu u jikbru. Dawn baqgħu ma tawx tweġiba xierqa għall-problemi li qed jifnu lin-nies. Tajjeb jew ħażin, il-populisti qed jitkellmu dwar dawn il-problemi u bil-mod tagħhom jagħtu tweġiba.

    Anki meta ma jemmnux li t-tweġibiet tal-populisti huma vijabbli, il-votanti tal-anqas qed jagħtuhom il-krettu talli qed jiffaċċjaw magħhom il-problemi li jkidduhom. 

    ***

    Ġranet mitlufa

    Dan ix-xahar ta' Mejju fil-Belġju reġa' fakkarni fil-ġranet "mitlufa": fl-aħħar ġimagħtejn il-ħaddiema u l-impjegati hemmhekk gawdew minn tliet ġranet ta' btajjel li f'Malta ma neħduhomx: Lapsi, il-Pentekoste u l-Ewwel ta' Mejju. L-ewwel tnejn huma festi reliġjużi; peress li l-Ewwel ta' Mejju dis-sena ġie l-Ħadd, il-Ġimgħa ta' wara kienet jum ta' btala fil-Belġju.

    Ħafna mill-kontroversji f'Malta dwar it-tneħħija ta' dawn il-btajjel illum intesew. Meta l-gvern Laburista tas-snin sebgħin żied il-jiem ta' btala obbligatorji għall-ħaddiema imma naqqas jiem ta' btala reliġjużi f'nofs tas-sena, inqalgħu l-irwiefen kollha. L-Oppożizzjoni Nazzjonalista wiegħdet li terġa' ddaħħalhom, u magħhom il-prattika li għal kull festa mitlufa għax taħbat il-Ħadd jew is-Sibt, tagħti ġurnata btala ekstra. 

    Wara l-1987, hekk kien sar. Imma terġa' snin wara, l-istess gvern Nazzjonalista reġa' bdielu u rrevoka kollox, f'isem l-istess raġuni li kien semma l-gvern Laburista -- il-produttività. 

    Kienet ħaġa stramba ssib li l-prattika antika tagħna dwar festi għadha ħajja u qawwija fil-Belġju.

    ***

    Soċjetà ċivili

    Jidher li ħafna nies għandhom idea żbaljata ta' x'inhi u fiex tikkonsisti s-soċjetà ċivili. 

    Donnhom iqisuha bħala xibka ta' nies li jingħaqdu, daqqa hemm daqqa hawn, miġbura madwar xi kawża partikolari, u li jistgħu jimmobilizzaw dejjem aktar malajr illum bl-użu tal-midja soċjali.

    Mentri fil-biċċa l-kbira, is-soċjetà ċivili tikkonsisti mill-membri ta' għaqdiet u istituzzjonijiet li jinsabu organizzati -- mingħajr ma jgawdu minn poter statali -- madwar xi attività kontinwa, u dan fil-ħarsien tal-interessi ekonomiċi, soċjali u kulturali tal-individwi membri tagħhom. 

    Meta jimmobilizzaw ruħhom, jagħmlu dan għax ikunu qamu ċirkostanzi li jħossuhom bħala theddida, reali jew potenzjali, għall-operat u l-eżistenza tagħhom. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0