Allat u annimali

  • Mej 11, 2016 07:28
  • Miktub minn

    Jingħad kemm jingħad fuq it-tax havens, il-mistoqsija tibqa’ waħda. Mhux jekk dawn humiex legali jew le. Għax kulħadd jaf li huma. Imma jekk hemmx liġi għall-allat u oħra għall-annimali.

    L-Onorevoli Evarist Bartolo ħaqqu midalja tad-deheb għall-mod kif ħareġ b’din il-mistoqsija. U filwaqt li ż-żewġ tribujiet ikomplu jisparaw fuq xulxin, in-nies li għandha nitfa intellett tistaqsi u tirrifletti.

    Veru li għada jisbaħ jum ġdid u nsibu suġġetti oħra x’niddiskutu. Imma l-partiti ewlenin, jekk iridu jibqgħu relevant, iridu jsibu mod biex bil-provi juruna li daqshekk għexna f’dinja fejn l-allat u l-annimali ma jiġux trattati ugwalment.

    Anzi. L-isfida hija li la jkun hawn allat u lanqas annimali. Forsi qed noħlom. Imma kif jgħid John Lennon, “Maybe I’m a dreamer, but I’m not the only one."

    Normali

    Aktar ma dawk involuti fuq iż-żewġ naħat tal-ispektrum politiku lokali jippruvaw jiddefendu ruħhom jew jaħslu jdejhom, aktar inħoss li l-Ministru Bartolo kellu raġun jistaqsi.

    Imma jiddispjaċini meta nara ħaddiema li jistinkaw lejl u nhar biex jaqilgħu dik ix-xi ħaġa żejda u ma jaqgħux fil-faqar, jgħidulek li m’hemm xejn immorali li tpoġġi flusek f’tax haven.

    Għal dawn in-nies hija ħaġa normali li min għandu l-flus jipprova jagħmel minn kollox biex is-sold jagħmlu tnejn. U meta ngħid minn kollox, infisser minn kollox.

    Ma rridx nipprietka, imma dan it-tħassir tal-fibra morali tas-soċjetà ma jagħmel tajjeb lil ħadd. U kemm il-Knisja, kemm il-partiti ewlenin u kemm in-nies ta’ rieda tajba jridu jibdew jindirizzawh.

    Qasma

    U forsi tajjeb wieħed jistaqsi wkoll jekk hux minnu li s-soċjetà hija maqsuma f’allat u annimali. Ovvjament xejn mhu abjad u iswed. U lanqas huwa minnu li l-allat huma responsabbli għall-għelt kollu li qed tiffaċċja d-dinja u l-annimali huma kollha innoċenti.

    Nammetti wkoll li hawn annimali li l-unika aspirazzjoni f’ħajjithom hija li jsiru allat. U jiġu jaqgħu u jqumu jekk ħuthom l-annimali l-oħra kilux jew għandhomx saqaf fuq rashom.

    Iżda dan, jekk xejn, għandu jimbuttana aktar biex naħdmu għall-ġustizzja soċjali. Biex naraw li ħadd ma jiġri ‘l quddiem waħdu u ħadd ma jaqa’ lura.

    U aktar ma nippuntaw subgħajna lejn it-tribù l-ieħor mingħajr ma naraw is-swaba’ li qed jippuntaw lejna, aktar inkunu qed inħaffru l-qabar tagħna stess. Biżżejjed inħarsu lejn x’qed jiġri lil partiti oħra mainstream fl-Ewropa biex nifhmu l-ħtieġa li nagħmlu eżami tal-kuxjenza. Illum qabel għada.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0