DWEJJAQ DWAR IL-LIBJA

  • Mej 02, 2016 06:56
  • Miktub minn Alfred Sant

    Ftit jidher li fl-aħħar ġimgħat sar xi żblokk siewi fil-kriżi tal-Libja. Il-gvern li jridu jwaqqfu l-Ġnus Magħquda u l-pajjiżi tal-”Punent” baqa’ ma qabadx art minkejja l-imbuttaturi li tawh.

    Il-milizji li nħolqu waqt li r-reġim ta’ Gaddafi kien qed jisfaxxa donnhom għadhom minn fuq. Il-lvant u l-punent tal-pajjiż jidhru qed jitbiegħdu dejjem aktar minn xulxin. Id-Daex għadha ssostni preżenza territorjali u militari qawwija. It-theddida ta’ anarkija bla rażan tinħass kullimkien.

    Naturalment aħna nqisu dan kollu minn xibirna – kif se jaffettwa l-kurrenti ta’ migrazzjoni li ġejjin mill-Afrika u mill-Lvant Nofshani? Jew ir-rabtiet ta’ xogħol u kummerċ bejn Malta u l-Libja?

    Madankollu, ma nistax ma nqisx kif qed jintlaqat il-poplu Libjan, li issa ilu snin jgħix martirju. Hu poplu ġar, dħuli u ħabib tagħna. Id-dulur tiegħu inikkitna.

    ***

    Brexit

    Int favur jew kontra lir-Renju Unit jibqa’ fl-Unjoni Ewropea, ikollok tqis b’interess kbir il-kampanja tar-referedum għaddejja fil-pajjiż dwar dil-għażla.

    Niltaqa’ l-aktar ma’ nies – Britanniċi jew le – li jixtiequ li l-r-Renju Unit jibqa’ fl-Unjoni.

    Fosthom issib min għandu qalbu maqtugħa – ma jarax grinta biżżejjed fost dawk li jirdu jibqgħu; min hu kunfidenti li r-”remain” se jirbaħ għax maġġoranza ta’ negozjanti u ta’ trejd unjins huma favur; min hu fuq ix-xwiek għax iqis li ż-żewġ naħat jinsabu ras imb’ras; min jemmen li jekk ir-Renju Unit jiddeċiedi li jitlaq, xorta tkun ħaġa tajba għall-”Ewropa” għax b’hekk, issir għaqda koerenti – u min jemmen bil-maqlub, għax jemmen li pajjiżi oħra membri jitħajru jagħmlu bħall-Brittaniċi.

    ***

    L-ajruport ta' Brussell

    Dil-ġimgħa, qed igħidu li se terġa’ tiftaħ is-sala tat-tluq tal-ajruport ta’ Brussell. Nittama li dan jiġri u li b’hekk, jitqassar xi ftit il-ħin li jkollok taħli sakemm tgħaddi mill-kontrolli kollha stabbiliti wara l-attakk terrorista fuq l-ajruport.

    Sa issa, il-passiġġieri li jridu jitilqu minn Zaventem, kif jismu l-ajruport, iridu joqogħdu wieħed wara l-ieħor f’ħames kjuijiet: l-ewwel wieħed biex suldat jaralek il-biljett għat-titjira li se tieħu, mal-passaport; it-tieni biex il-bagalji li jkollok jgħaddu minn kontroll elettroniku; it-tielet biex jingħatalek il-”boarding pass”; ir-raba’ biex jikkontrollawlek il-”boarding pass”; il-ħames wara li tkun tlajt taraġ wieqaf, ta’ tliet sulari, biex jergħu jiċċekkjawk b’kontrolli tas-sigurtà, int u dak li qed iġġorr.

    Il-fili tal-kjuijiet jgħaddu minn garaxxijiet, minn kuriduri miftuħa u minn strutturi temporanji kbar li jixbhu n-Nissen Huts li l-militar Ingliż ħalla warajh f’Ta’ Qali. Jekk jirnexxilek tgħaddi minn dan kollu f’anqas minn sagħtejn, għid li int ixxurtjat.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook