Geo-Blocking

  • Apr 12, 2016 07:18
  • Miktub minn Benny Borg Bonello

    Għal ħafna, din l-espressjoni ma tfisser xejn. Biss din qed tolqot lill-konsumaturi fosthom dawk Maltin, partikolarment dawk li jixtru minn fuq l-internet.

    Il-geo-blocking hu meta ditta li tkun qed tbigħ minn fuq l-internet lejn pajjiżi oħra ma tħallix lill-konsumaturi minn pajjiż partikolari jixtru minn fuqha filwaqt li tħalli oħrajn. Ditta li tbigħ minn fuq l-internet lejn pajjiżha biss ma tkunx qed tagħmel geo-blocking għaliex ma tkunx qed tiddiskrimina bejn konsumaturi barranin.

    Biex nieħdu eżempju, hemm websites minn ditti Ingliżi li filwaqt li jħallu konsumaturi Taljani jixtru minn fuqhom, ma jħallux konsumaturi Maltin.

    Il-prinċipju tal-geo-blocking mhux xi ħaġa ġdida. Il-prinċipju hu dak li l-ekonomisti jsejħulu market segmentation. Dan mhu xejn għajr li ditta taqsam is-swieq tagħha billi tbigħ bi prezzijiet differenti. Din hi xi ħaġa li tmur kontra l-kompetizzjoni għaliex b’dan il-mod, kumpanija ma tkunx qed tbigħ bl-anqas prezz possibbli kullimkien. Fejn tara li f’pajjiż hemm domanda kbira jew ma hemmx prodott jew servizz li jikkompeti lill- prodott tagħha, din titlob prezz għoli.

    Fil-kuntest tal-Unjoni Ewropea, dan imur kontra l-prinċipju tas-Suq Wieħed. Tant hu hekk, li forsi hawn min jiftakar xi żmien ilu l-Kummissjoni Ewropea (KE) kienet qed tinvestiga ditti tal-karozzi li kienu qed ibigħu l-karozzi tagħhom bi prezzijiet differenti f’pajjiżi differenti tal-Unjoni Ewropea.

    Il-geo-blocking jolqot ħażin speċjalment lill-konsumaturi Maltin. Dan għaliex il-konsumaturi Maltin jixtru ħafna minn fuq l-internet. Minħabba l-geo-blocking, il-konsumaturi Maltin ikollhom bilfors jixtru minn ħwienet tal-istess ditta li hawn Malta, ħafna drabi b’għażla ferm limitata u bi prezzijiet għoljin ħafna. Mhux hekk biss, iżda dawn il-konsumaturi jitilfu ħafna mill-offerti speċjali li konsumaturi minn pajjiżi oħra jistgħu jixtru.

    Il-ġimgħa li għaddiet, il-BEUC, l-għaqda tal-konsumaturi Ewropej, bdiet kampanja biex il-KE twaqqaf il-geo-blocking biex nersqu aktar lejn Suq Wieħed minn fejn jistgħu jgawdu l-konsumaturi. L-Għaqda tal-Konsumaturi wkoll ingħaqdet ma’ din il-kampanja biex tieqaf din id-diskriminazzjoni lejn konsumaturi Maltin.

    Dawk il-konsumaturi li huma interessati jkunu jafu aktar dwar dan is-suġġett għandhom iżuru l-website http://camalta.org.mt Kull min jaf b’xi website li qed tagħmel geo-blocking mal-konsumaturi Maltin għandu jgħarraf lill-Għaqda permezz ta’ email fuq info@camalta.org.mt

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook