MALAFAMA

  • Apr 11, 2016 07:06
  • Miktub minn Alfred Sant

    Ftit għadni fhimt il-loġika tal-protesti li l-Oppożizzjoni qanqlet dwar il-każ ta’ malafama li tqajjem fil-qorti kontra Dr Jason Azzopardi.

    Il-biża’ x’kien: li se jinstab ħati intortament? Imma dan allura mhux sinjal ta’ sfiduċja fil-ġudikatura?

    Jew li jinstab ħati, imma bħala kelliem tal-Oppożizzjoni għandu jkollu immunità kontra kull akkuża kriminali f’dil-ħaġa? Jekk dan hu l-punt, l-immunità għal min għandha tapplika? Għal kelliema tal-Oppożizzjoni biss, jew anki pereżempju għal ministri tal-gvern?

    Jew inkella aktar minn hekk, li malafama fil-ħajja publika għandha titneħħa minn reat kriminali (ħalliha li wieħed imbagħad irid jara kif jillimita l-konfini tal-ħajja publika)? Biss, jekk dil-ħaġa ssir, kif imbagħad se torbot mal-insistenza tal-Oppożizzjoni biex tinżamm liġi li tagħmel minn stqarrija li tivvilifika ir-reliġjon Kattolika, reat krimnali? Forsi l-vilifikazzjoni tar-reliġjon mhijiex forma ta’ malafama?

    ***

    Min ħallas?

    Il-kjass li għamlu mad-dinja... u għadhom jagħmlu... l-ġurnalisti tal-ICJ bil-pubblikazzjonji tal-karti tal-Panama hu meritat. L-għatu tneħħa minn fuq borma globali ta’ barumbari u maniġġi ta’ nies tal-flus li għar-raġunijiet tagħhom, iridu jżommu kollox mistur. 

    Il-miljuni ta’ fajls li ħarġu għad-dawl kien jeħtiġilhom studju u analiżi li dam għaddej sena u aktar. Dan sar. Li jqajjem mistoqsija: min iffinanzja l-proġett li bilfors sewa ħafna flus? Min ħallas? 

    Skont Wikileaks, parti minnu talanqas ġie ffinanzjat mill-gvern Amerikan u l-finanzier George Soros li riedu jikxfu l-għawar ta’ Putin. 

    Imbagħad hemm il-punt dwar kif inkixfu dawn id-dokumenti. L-ICJ qalu li huma stess ma jafux min bagħtahomlhom. Seta’ jkun “whistleblower”; jew setgħetx kienet aġenzija misterjuża  ta’ xi ħadd mhux magħruf li min jaf kif iddobbat il-materjal?

    Punt ieħor: l-ICJ jgħidu li għamlu editjar tal-fajls, fost raġunijiet oħra biex jiżguraw li ma jixkfux l-identità ta’ nies li jispiċċaw f’periklu jekk jinkixfu. Imma skont liema proċedura sar dan l-editjar?

    ***

    Polarizzazzjoni

    Kellha raġun l-ET l-President tar-Republika Coleiro-Preca twissi kontra konfrontazzjoni politika li tittieħed ’il bogħod wisq. Kellha raġun issemmi xi nqala’ fis-snin sittin u tmenin tas-seklu l-ieħor bħalha xempju ta’ x’għandna nagħmlu minn kollox biex nevitaw.

    Naf mill-qrib xi sforzi kienet tagħmel fis-snin tmenin biex tberred il-qiegħa u tnaqqas il-firda, anke jekk ilħna velenużi ġieli qalu l-kuntrarju.

    Il-problemi tal-lum qed jinqalgħu għal żewġ raġunijiet: minkejja l-ħafna kisbiet kbar li qed iwettaq il-Gvern Laburista, qed jagħmel ukoll żbalji li qed jiswewh qares; min-naħa tal-partit fl-Oppożizzjoni, biċċa kbira tal-elementi involuti fih għadhom ma jistgħux jaċċettaw li tilfu l-poter statali u lesti jaslu ’l bogħod ħafna biex jaraw kif ireġġgħu l-istorja lura.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0