KWALITÀ

  • Apr 04, 2016 06:57
  • Miktub minn Alfred Sant

    Is-suċċess li qed ikollu t-turiżmu ma jridx iħallina nagħlqu għajnejna għall-problemi li l-istess suċċess jista’ qed joħloq. Jekk se jibqgħu sodi, mhux jinħallu mil-lum għal għada, l-aqwa suċċessi huma dawk ibbażati fuq “value for money”: il-klijent irid iħoss li ta’ li ħallas, ingħata dak li jistħoqqlu u aktar. Riżultat bħal dan jintlaħaq jekk il-kwalità fis-servizzi li joffru l-lukandi u stabbilimenti turistiċi tagħna tiġi sostnuta.

    Lil hinn mir-rapporti li jixxandru fil-gazzetti, smajt stejjer personali ta’ nies li fil-lukandi tagħna llum ma ngħatawx is-servizz li ħallsu għalih. Rimedju għal dan-nuqqas ftit li xejn kellhom jew għandhom.

    Imma b’rimedju ftit se jissewwa. Jibqa’it-timbru li l-kwalità mistennija ma ntlaħqitx.

    F’soċjetà ċkejkna bħal tagħna ma jeżistux kontrolli serji professjonali u kummerċjali fuq operaturi li jinsabu fl-istess qasam. Ħokkli dahri biex inħokklok tiegħek. Dik hi r-regola.

    Mentri rridu niżguraw li s-suċċess tal-lum ma jispiċċax ostaġġ ta’ dawk li qed jabbużaw minnu.

    ***

    Kontabilità fil-media

    Il-media jinsistu bir-raġun li għandhom ikollhom indipendenza sħiħa fil-mod kif joperaw u ħelsien minn kull indħil mhux xieraq fit-tmexxija tagħhom. B’hekk ikunu jistgħu jirrapportaw bla xkiel dwar fatti u opinjonijiet ħalli ċ-ċittadini jkunu informati tajjeb dwar il-ġrajjiet li qed jiġru madwarhom. L-aħbarijiet m’għandhomx jisfaw imċallsa skont il-fehmiet ta’ partiti politiċi jew interessi kummerċjali.

    Madankollu, saret ħaġa ċara li l-media aktar u aktar mhumiex biss medhija filli jxandru notizji dwar ġrajjiet għaddejja. Huma interessati wkoll filli jagħtu sura lill-ġrajjiet, u anki direzzjoni.

    F’das-sens, ma nafx għaliex il-media m’għandhomx huma wkoll ikunu suġġetti għal skrutinju ta’ trasparenza li jixbah lil dak li jitpoġġa fuq partiti politiċi.

    Kif inhuma ffinanzjati l-media? Min qiegħed jikkontrollahom? X’interessi għandu?

    ***

    Aktar fuq sigurtà

    Meta l-ajruport internazzjonali ta’ Brussell ġie biex jerġa’ jinfetaħ nhar il-Ġimgħa li għadda, seħħet tilwima bejn is-servizzi ta’ sigurtà u pulizija tal-ajruport, u t-tmexxija tiegħu. Tal-ewwel sostnew li għad ma kienx hemm provedimenti ta’ sigurtà effettivi biżżejjed fl-ajruport u ddeċidew li jistrajkjaw.

    Xorta waħda l-ajruport kien se jiftaħ, kieku fetaħ, għal għoxrin fil-mija tal-kapaċità li jlaħħaq magħha kuljum. Il-posponiment tal-ftuħ ftit seta’ jikkawża inkonvenjenti akbar minn dawk li diġà nqalgħu fl-aħħar ġimgħa u nofs fost mijiet ta’ eluf ta’ passiġġieri li jgħaddu mill-ajruport u l-familji tagħhom.

    Biss ir-riflessjoni li dan l-episodju jqajjem hi ta’ dwejjaq għall-fatt li reġa’ ntwera kif it-tmexxija tas-sigurtà fil-qalba tal-Ewropa għadha mhix effettiva u kordinata biżżejjed. Hu minħabba f’hekk ukoll li t-terroriżmu jirnexxilu jwettaq il-kolpi tiegħu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook